Kickboxing
Kickboxing: Is-Sibt li ġej issir it-22 edizzjoni tal-Gladiators Fight Night

Master Noel Mercieca flimkien ma’ Niclas Elfstedt f’isem Gladiators Promotions ser ikunu qegħdin itellgħu t-tnejn u għoxrin edizzjoni ta’ Gladiators Fight Night proprju nhar is-Sibt, 23 ta’ Frar 2019 ġewwa l-Padiljun Sportiv ta’ Kordin.

Matul dan l-avveniment wieħed ser ikun jista’ jara total ta’ madwar ħmistax-il ġlieda ta’ kategoriji differenti. L-atleti Maltin ser ikunu qegħdin jissiltu ma’ kompetituri minn pajjiżi differenti fosthom Franza, L-Italja u Spanja.

L-atleta Faris Lukovic ser ikun qiegħed jissilet għat-titlu Ewropew Semi-Pro kontra l-Ispanjol Juan Antonio Oller Rosillo taħt il-kappa tal-World Kickboxing Network (WKN). Għalkemm Lukovic huwa ta’ dixxendenza barranija, huwa ser ikun qed jirrappreżenta lil pajjżna f’isem il-klabb tiegħu Fort Fitness.

Apparti numru sostanzjali ta’ kompetituri lokali, wieħed ser ikun jista’ jara ġellieda rinomati Maltin bħal Celeste Galea u Jesred Piscopo mill-Ying Yang Team Noel Kickboxing Club fejn it-tnejn li huma ser iħabbtuha ma’ avversarji Taljani.

Avvenimenti bħal dawn saru ta’ importanza kbira f’pajjiżna għaliex joffru esperjenza lil dawk l-individwi li jitħarrġu f’dan l-isport u li jixtiequ jkomplu jsaħħu l-karriera tagħhom. Matul din il-lejla, dawk preżenti ser ikunu jistgħu jaraw kompetituri minn klabbs differenti fosthom Ying Yang Team Noel, Team Jalen, Basement Kickboxing, Fort Fitness, Malta Thai Boxing, Warriors Kickboxing Academy u Kibishii Michi Kickboxing Club.

Dawk li jixtiequ jattendu jistgħu jagħmlu dan billi jiksbu l-biljetti tagħhom minn għand il-kompetituri, il-klabbs involuti jew billi jikkuntatjaw lil Gladiators Promotions dirett fuq il-paġna ta’ Facebook.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Kickboxing

Il-Ħadd li għadda, il-‘World Kickboxing Network’ (WKN), flimkien mal-Assoċċjazzjoni tal-Kickboxing f’Malta (MKBA) organizzat it-tieni edizzjoni tal-eżamijiet għal din is-sena. Dan sar fil-Ying Yang Kickboxing Club, Fgura taħt it-tmexxija ta’ Kancho…

Kickboxing

L-Atleti Maltin Keith ‘Speed’ Azzopardi, Jesred Piscopo u Celeste Galea rritornaw lura lejn pajjiżna flimkien mal-kowċ tagħhom Noel Mercieca wara li rrapreżentaw lil Malta fi Franza waqt is-serata Fighters Level…

Kickboxing

Proprju nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu, l-atleta professjonali Samuele Andolina mill-Ying Yang Team Noel Kickboxing Club Fgura ser ikun fi triqtu lejn l-Italja sabiex jieħu sehem f’serata tal-arti marzjali bl-isem…

Kickboxing

Minkejja l-maltemp ikrah li laqat lil gżiritna fil-ġimgħat li għaddew, għexieren ta’ spettaturi xorta attendew bi ħġarhom it-22 edizzjoni tal-Gladiators Fight Night li saret ġewwa l-padiljun sportiv ta’ Kordin. Dawk…

Aktar