Kickboxing
Kickboxing: Isir grading ieħor mill-World Kickboxing Network u mill-Malta Kickboxing Association

Il-Ħadd li għadda seħħ għal darboħra il-grading tal-kickboxing mtella’ mill-World Kickboxing Network u Malta Kickboxing Association sabiex numru sostanzjali ta’ studenti tal-arti marzjali setgħu jirċievu ċ-ċintorin rispettiv li tant stinkaw għalih għal dawn l-aħħar xhur.

Dan l-eżami sar ġewwa l-Ying Yang Team Noel Kickboxing Club, il-Fgura u kien immexxi minn Sabom Demis Scicluna. Scicluna kien assistit mill-President tal-WKN Malta Kancho Adrian Axisa, Master Noel Mercieca, Sabom Clayton Micallef, Sabom Karl Mifsud u l-President tal-MKBA Isaac Chetcuti.

Kollox beda għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu fejn numru sabiħ ta’ student b’ċintorin abjad ġew eżaminati għall-ewwel darba sabiex jiksbu l-isfar. Dawn l-atleti ġodda kienu assessjati fuq diversi tekniki differenti tal-kickboxing kif ukoll fuq il-fiżika tagħhom.

L-istudenti li ġabu ċ-ċintorin l-isfar kienu:

Kibishii Michi Kickboxing Club – Nandor Hornyak u Asia Monaco.

Ying Yang Team Noel Kickboxing Club – Mason Vella Buckland, Cohen Gatt, Ekerly Ellul, Osama Eltay, Gary Aquilina, Julian Galdes, Maria Farrugia, Dylan Callus, Nina Musumeci, Michela Mangion, Yousef Elhaj, Christiane Higgins, Donalise Higgins u Shania Abela.

Għall-ħabta tal-għaxra bdew l-eżamijiet ta’ dawk l-atleti li kienu diġa akkwistaw ċintorini varji f’eżamijiet li għaddew. Bħal ta’ qabilhom dawn ġew eżaminati fuq tekniki varji; kollox skond iċ-ċintorin rispettiv tagħhom.

Ċintorin Oranġjo:

Kibishii Michi Kickboxing Club – Andrew Mallia, Ben Amato u Miguel Gauci.

Ying Yang Team Noel Kickboxing Club – Myra Buttigieg, Oceane Bremont, Amy Spiteri, Clayton Camilleri, Matthias Suda u Glenn Galea.

Ċintorin Aħdar:

The New Kickboxing Club – Isaac Bugeja u Danzell Azzopardi.

Kibishii Michi Kickboxing Club – Martina Frendo, Kyle Agius, Ryan Bowd u Steve Mallia.

Ying Yang Team Noel Kickboxing Club – Charlone Agius, Xanthe Briffa, Rheanne Briffa, Carlos Murhino, Yasmin Pulis, Stephen Mifsud u Jonathan Muscat.

Ċintorin Blu:

Kibishii Michi Kickboxing Club – Jakov Bosnjak.

Ying Yang Team Noel Kickboxing Club – Kayden Paul Camilleri, Ismael Azzopardi, Faith Azzopardi, O’Jay Mangion, Skyler Bezzina u Elise Musu.

Ċintorin Vjola:

Ying Yang Team Noel Kickboxing Club – Jean Luca Muscat, Wandy Amber Pace, James Busuttil, Sven Farrugia u Marjohn Sultana.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Kickboxing

Aktar suċċessi għaż-żewġ kompetituri professjonali ta’ Team Noel Kickboxing Club waqt is-serata ‘Centurion MMA Malta Reciliance’ li ġiet imtella’ nhar is-Sibt 26 ta’ Ottubru. Keith ‘Speed’ Azzopardi u Samuele Andolina…

Kickboxing

Wara biss ġimagħtejn fejn l-atleta Keith ‘Speed’ Azzopardi ġie nkurunat champion tad-dinja fi Franza, huwa reġa’ kkompeta għal titlu mondjali ieħor din id-darba fil-K1, fil-padiljun sportiv ta’ Kordin. Azzopardi ħabbatha…

Kickboxing

Avveniment ieħor ta’ kickboxing lokali – Gladiators Promotions ser tkun qed ittella’ s-serata Gladiators Fight Night XXIII nhar is-Sibt 29 ta’ Ġunju ġewwa l-Padiljun Sportiv ta’ Kordin. Mistenni lejl interessanti…

Aktar