Kickboxing
Kickboxing: Jesred Piscopo u Shaun Falzon jirbħu fi Gladiators Fight Night 24

Kickboxing: Iż-żewġ kickboxers Maltin Jesred Piscopo u Shaun Falzon rebħu fl-aħħar edizzjoni tal-Gladiators Fight Night 24 li saret ftit tal-jiem ilu.

Serata li fiha kien hemm b’kollox 12 -il ġlieda tlieta minnhom kickboxing u disa’ K1 fi ġlidiet li kienu kemm bejn atleti Maltin u anke atleti Maltin kontra barranin.

Fil-ġlidiet K1 Ritmay Spiteri ta’ Basement Kickboxing rebħet kontra t-taljana Ira Martina. Kevin Argelier ta’ Warriors Heart Academy rebaħ kontra Giombattista Di Pietro, Alex Horvath ta’ Kibishii Michi rebaħ kontra Lorenzo Bruno filwaqt li Celeste Galea ta’ Team Noel għelbet lil Martine Debaille Odile mill-Belġju.

Faris Lukovic ta’ Fort Fitness rebaħ kontra l-Franċiż Malka Leandrey. Dianne Scerri ta’ Team Noel tilfet kontra t-taljana Luciana Germano filwaqt li l-ġlieda bejn il-Franċiż Paata Tchulukhadze u Kirmo Kolehmainem mill-Club Fort Fitness intemmet f’parità. Fl-aħħar żewġ ġlidiet, suċċess għal Jesred Piscopo ta’ Team Noel li għeleb lill-Franċiż Justine Theo filwaqt li Shaun Falzon ukoll minn Team Noel li kien qed jiġġieled fi ġlieda bi status porfessjonali rebaħ kontra l-Portugiż Vitor Hugo.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Kickboxing

Kickboxing: Għada filgħaxija mistennija tittella’ l-erbgħa u għoxrin edizzjoni tal-Gladiators Fight Night fil-Montekristo Estates, fejn numru sostanzjali ta’ atleti Maltin ser ikunu qegħdin jiġġieldu ma diversi atleti barranini. F’dan l-avveniment…

Kickboxing

Il-Ħadd li għadda seħħ għal darboħra il-grading tal-kickboxing mtella’ mill-World Kickboxing Network u Malta Kickboxing Association sabiex numru sostanzjali ta’ studenti tal-arti marzjali setgħu jirċievu ċ-ċintorin rispettiv li tant stinkaw…

Kickboxing

Aktar suċċessi għaż-żewġ kompetituri professjonali ta’ Team Noel Kickboxing Club waqt is-serata ‘Centurion MMA Malta Reciliance’ li ġiet imtella’ nhar is-Sibt 26 ta’ Ottubru. Keith ‘Speed’ Azzopardi u Samuele Andolina…

Aktar