Kickboxing
Kickboxing: Keith Azzopardi b’unur ieħor għal Malta, Champion tal-kategorija Featherweight tal-WKN

Il-Kickbxer Malti Keith Azzopardi il-bieraħ filgħaxija kien dikjarat iċ-Champion il-ġdid tal-kategorija Featherweight tal-World Kickboxing Network.

Il-ġlieda li kien involut fiha Azzopardi kontra l-Franċiż Jonathan Pastorino fil-kategorija taħt is-60kg u saret fi Franza f’Nizza quddiem madwar elfejn spettatur.

Azzopardi beda bil-mod ħafna u deher li beda jikklinċja lill-avversarju apposta fl-ewwel ftit rounds. Il-ġlieda kient bil-full contact rules b’kicks u punches miċ-ċintorin ‘il fuq.

Dan kien avveniment li jsir kull sena bl-isem ta’ ‘Ardissone Nice Full Contact’

Il-Fighter Malti li kien akkumpanjat fil-corenr minn Master Noel Mercieca, beda jżid mis-sitt round ‘il quddiem u baqa’ jagħti kicks tajba b’conbinations koordinati ferm li bdew iħallu l-impatt fuq l-avversarju tiegħu li minkejja li beda jaqla’ diversi daqqiet u waqa’ diversi drabi mal-art qatt ma’ ċeda u wassal sat-12 -il round.

Ir-riżultat finali kien rebħa għal Azzopardi b’deċiżjoni unanima tal-ġurija.

 

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Kickboxing

Il-Ħadd li għadda seħħ għal darboħra il-grading tal-kickboxing mtella’ mill-World Kickboxing Network u Malta Kickboxing Association sabiex numru sostanzjali ta’ studenti tal-arti marzjali setgħu jirċievu ċ-ċintorin rispettiv li tant stinkaw…

Kickboxing

Aktar suċċessi għaż-żewġ kompetituri professjonali ta’ Team Noel Kickboxing Club waqt is-serata ‘Centurion MMA Malta Reciliance’ li ġiet imtella’ nhar is-Sibt 26 ta’ Ottubru. Keith ‘Speed’ Azzopardi u Samuele Andolina…

Kickboxing

Wara biss ġimagħtejn fejn l-atleta Keith ‘Speed’ Azzopardi ġie nkurunat champion tad-dinja fi Franza, huwa reġa’ kkompeta għal titlu mondjali ieħor din id-darba fil-K1, fil-padiljun sportiv ta’ Kordin. Azzopardi ħabbatha…

Aktar