Kickboxing
Kickboxing: Keith ‘Speed’ Azzopardi, Jesred Piscopo u Celeste Galea lura mill-kompetizzjoni Fighters Level Up f’Pariġi

L-Atleti Maltin Keith ‘Speed’ Azzopardi, Jesred Piscopo u Celeste Galea rritornaw lura lejn pajjiżna flimkien mal-kowċ tagħhom Noel Mercieca wara li rrapreżentaw lil Malta fi Franza waqt is-serata Fighters Level Up ġewwa Pariġi, nhar is-Sibt 13 ta’ April.

Galea kienet l-ewwel Maltija li ġġieldet f’din is-serata fejn wara ġlieda interessanti u soda, sfortunatament kellha tieqaf fit-tieni rawnd. Piscopo ħabbatha kontra l-Franċiż Parietti. Dawn iż-żewġ atleti wrew kuraġġ kbir matul it-tlett rawnds hekk kif it-tnejn bdew jikkombinaw serje ta’ daqqiet b’saħħithom u taw wirja spettakolari. Il-ġurija rebbħet lil Parietti bil-punti.

Kien Keith ‘Speed’ Azzopardi li ġġieled fil-bout professjonali kontra l-Marokkin Yannis El Hajaoui. Azzopardi mill-ewwel wera dominanza kbira fuq l-avversarju tiegħu hekk kif beda l-ewwel rawnd b’numru sostanzjali ta’ daqqiet preċiżi fosthom ‘spinning hook kick’ f’wiċċ l-avversarju.

Hekk kif kompliet it-taqbida, Azzopardi ta daqqa tajba bl-irkoppa f’ġenb El Hajaoui fejn kien hawn fejn ir-referee kellu jibda jgħodd sal-għaxra iżda għal xi raġuni l-ġurija ma ndunatx b’din in-‘knockout’ u ħalliet il-ġlieda għaddejja. Keith ‘Speed’ Azzopardi baqa’ jiddomina r-rawnds l-oħra sakemm eventwalment tatu r-rebħa tant mistħoqqa.

Din hija t-tielet rebħa għall-atleta professjonali Azzopardi fi Franza.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Kickboxing

Il-Ħadd li għadda, il-‘World Kickboxing Network’ (WKN), flimkien mal-Assoċċjazzjoni tal-Kickboxing f’Malta (MKBA) organizzat it-tieni edizzjoni tal-eżamijiet għal din is-sena. Dan sar fil-Ying Yang Kickboxing Club, Fgura taħt it-tmexxija ta’ Kancho…

Kickboxing

Proprju nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu, l-atleta professjonali Samuele Andolina mill-Ying Yang Team Noel Kickboxing Club Fgura ser ikun fi triqtu lejn l-Italja sabiex jieħu sehem f’serata tal-arti marzjali bl-isem…

Kickboxing

Minkejja l-maltemp ikrah li laqat lil gżiritna fil-ġimgħat li għaddew, għexieren ta’ spettaturi xorta attendew bi ħġarhom it-22 edizzjoni tal-Gladiators Fight Night li saret ġewwa l-padiljun sportiv ta’ Kordin. Dawk…

Kickboxing

Master Noel Mercieca flimkien ma’ Niclas Elfstedt f’isem Gladiators Promotions ser ikunu qegħdin itellgħu t-tnejn u għoxrin edizzjoni ta’ Gladiators Fight Night proprju nhar is-Sibt, 23 ta’ Frar 2019 ġewwa…

Aktar