Kickboxing
Kickboxing: Master Noel Mercieca u l-atleta Samuele Andolina b’Diploma mill-Italja

Master Noel Mercieca, fundatur u kowċ ta’ Ying Yang Team Noel Kickboxing Club Malta flimkien mal-atleta professjonali Samuele Andolina rritornaw lura Malta hekk kif lestew Diploma Nazzjonali ġewwa Venezja, l-Italja taħt it-tmexxija ta’ Master Alfio Romanut, l-istess kowċ li rawwem atleti professjonali kemm fil-kickboxing kif ukoll fil-K1 fosthom il-ġellied ta’ fama mondjali, Giorgio Petrosyan.

Mercieca u Andolina kellhom saħansitra jsiefru lejn Venezja erba’ darbiet sabiex ikunu jistgħu jitħarrġu b’mod estensiv fil-mod ta’ kif wieħed jgħallem, ta’ kif tingħata assistenza medika waqt kompetizzjonijiet, l-anatomija tal-ġisem u livell għoli ta’ eżerċizzju fiżiku fost ħafna iktar. Ma jonqosx ukoll l-ammont kbir ta’ tekniki differenti kif ukoll ‘padwork’ li dan żgur ser ikun ta’ frott tajjeb għal dawk l-atleti Maltin imħarrġa taħt Mercieca u Andolina fejn uħud minnhom anke jikkompetu f’isem pajjiżna fuq livell professjonali.

Dan il-kors ġie mtella’ mill-Entità Nazzjonali Demokratika Rigward Azzjonijiet Soċjali magħrufa aħjar bħala ‘ENDAS’ (Ente Nazionale Democratico di Azione Sociale). Din l-entità tiffoka li toffri attivitajiet li jippromovu l-kultura, is-soċjal, l-ambjent, ix-xogħol, l-edukazzjoni, it-turiżmu u l-affarijiet barranin. Kors ta’ dan il-livell għandu rikonoxximent kbir madwar il-pajjiżi kollha tal-Ewropa b’mod speċjali diversi ministeri Taljani fosthom il-Ministeru Għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u dak tat-Trasport u l-Infrastruttura. Dan iċ-ċertifikat huwa rikonoxxut ukoll minn bosta skejjel tal-isport u universitajiet kif ukoll mill-Kumitat Nazzjonali Taljan tal-Olimpjadi – ‘CONI’ (Comitato Olimpico Nazionale Italiano)

Infatti, Wara l-kisba ta’ din id-Diploma, Noel Mercieca u Samuele Andolina huma l-unika żewġ kowċis ġewwa pajjiżna li huma kkwalifikati li jħarrġu atleti fil-qasam tal-kickboxing u K1 f’każ li dan l-isport jilħaq il-livell tal-Olimpjadi biex b’hekk ikunu jistgħu jiffurmaw it-tim Malti.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Kickboxing

Master Noel Mercieca flimkien ma’ Niclas Elfstedt f’isem Gladiators Promotions ser ikunu qegħdin itellgħu t-tnejn u għoxrin edizzjoni ta’ Gladiators Fight Night proprju nhar is-Sibt, 23 ta’ Frar 2019 ġewwa…

Kickboxing

Numru sostanzjali ta’ studenti fid-dixxiplina tal-kickboxing ġew eżaminati biex ikunu jistgħu jiksbu ċintorini varji tal-arti marzjali. Kien hemm total ta’ madwar 50 student b’madwar 45 minnhom jipprattikaw dan l-isport mal-Ying…

Aktar