Kickboxing
Kickboxing: Samuele Andolina se jieħu sehem fis-serata tal-arti marzjali ‘Enfusion’ f’Ruma

Proprju nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu, l-atleta professjonali Samuele Andolina mill-Ying Yang Team Noel Kickboxing Club Fgura ser ikun fi triqtu lejn l-Italja sabiex jieħu sehem f’serata tal-arti marzjali bl-isem ta’ Enfusion li ser issir is-Sibt 23 ta’ Marzu ġewwa Ruma.

Mal-waslu tiegħu, Andolina mistenni jibqa’ sejjer jintiżen sabiex b’hekk jiġi kkonfermat il-piż ta’ 55kg  – dak eliġibli fil-kategorija partikolari tiegħu.

Samuele Andolina għandu esperjenza vasta fejn proprju kkompeta f’livell għoli tletin darba b’rekord personali ta’ ħamsa u għoxrin rebħa. Huwa ser ikun qiegħed jissielet mat-Taljan Emanuele Tetti f’isem PKT Professional Kickboxing Club. Din il-ġlieda ser tkun maqsuma fuq tlett rawnds ta’ tlett minuti l-wieħed fid-dixxiplina ‘K1 Pro Rules’.

Dan l-avveniment mistenni jibda fid-disgħa ta’ filgħaxija u l-ġlieda ta’ Andolina mistennija tkun dik li tiftaħ is-serata.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Kickboxing

Wara biss ġimagħtejn fejn l-atleta Keith ‘Speed’ Azzopardi ġie nkurunat champion tad-dinja fi Franza, huwa reġa’ kkompeta għal titlu mondjali ieħor din id-darba fil-K1, fil-padiljun sportiv ta’ Kordin. Azzopardi ħabbatha…

Kickboxing

Avveniment ieħor ta’ kickboxing lokali – Gladiators Promotions ser tkun qed ittella’ s-serata Gladiators Fight Night XXIII nhar is-Sibt 29 ta’ Ġunju ġewwa l-Padiljun Sportiv ta’ Kordin. Mistenni lejl interessanti…

Kickboxing

Il-Kickbxer Malti Keith Azzopardi il-bieraħ filgħaxija kien dikjarat iċ-Champion il-ġdid tal-kategorija Featherweight tal-World Kickboxing Network. Il-ġlieda li kien involut fiha Azzopardi kontra l-Franċiż Jonathan Pastorino fil-kategorija taħt is-60kg u saret…

Kickboxing

Il-kickboxer Maltija Diane Schembri minn Ying Yang Team Noel irritornat lura pajjiżna ftit tal-jiem ilu wara li rrappreżentat lil Malta ġewwa Bedzin, il-Polonja fil-kompetizzjoni ‘Girl Power 8’. Wara li telgħu…

Aktar