Kickboxing
Kickboxing: Titlu ieħor prestiġjuż għal Keith ‘Speed’ Azzopardi

Wara biss ġimagħtejn fejn l-atleta Keith ‘Speed’ Azzopardi ġie nkurunat champion tad-dinja fi Franza, huwa reġa’ kkompeta għal titlu mondjali ieħor din id-darba fil-K1, fil-padiljun sportiv ta’ Kordin.

Azzopardi ħabbatha mal-atleta Qurban Hosseini f’bout ta’ ħames rawnds ta’ tlett minuti kull wieħed. L-atleta Malti ta spettaklu kbir fejn għamel ġlieda sħiħa jattakka l-avversarju.

Kien fit-tieni rawnd fejn Keith ‘Speed’ Azzopardi laqat lil Hosseini bi ‘flying knee’ u hawn ir-referee beda jgħodd l-għaxar sekondi kontra Hosseini. Dan serva ta moral kbir għat-tim Malti fejn avolja Hosseini qam fuq saqajh u kompla l-ġlieda, Azzopardi kompla jiddomina l-bqija tal-bout b’teknika eċċellenti.

Il-ġurija tat ir-rebħa tant mistħoqqa lil Azzopardi b’mod unanimu u b’hekk sar l-unika kickboxer Malti fl-istorja li rebaħ żewġ titli prestiġġjużi f’ġimagħtejn.

Azzopardi qal li dan għadu biss il-bidu u qiegħed iħares lejn futur ikbar filwaqt li jkompli jitħarreġ u jikkompeti f’isem pajjiżna.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Kickboxing

Avveniment ieħor ta’ kickboxing lokali – Gladiators Promotions ser tkun qed ittella’ s-serata Gladiators Fight Night XXIII nhar is-Sibt 29 ta’ Ġunju ġewwa l-Padiljun Sportiv ta’ Kordin. Mistenni lejl interessanti…

Kickboxing

Il-Kickbxer Malti Keith Azzopardi il-bieraħ filgħaxija kien dikjarat iċ-Champion il-ġdid tal-kategorija Featherweight tal-World Kickboxing Network. Il-ġlieda li kien involut fiha Azzopardi kontra l-Franċiż Jonathan Pastorino fil-kategorija taħt is-60kg u saret…

Kickboxing

Il-kickboxer Maltija Diane Schembri minn Ying Yang Team Noel irritornat lura pajjiżna ftit tal-jiem ilu wara li rrappreżentat lil Malta ġewwa Bedzin, il-Polonja fil-kompetizzjoni ‘Girl Power 8’. Wara li telgħu…

Kickboxing

L-atleti ta’ Team Noel Diane Schembri u Keith ‘Speed’ Azzopardi ser ikunu qegħdin jirrappreżentaw lil pajjiżna għal darb oħra, din id-darba ġewwa l-Polonja u Franza rispettivament taħt it-tmexxija ta’ Master…

Aktar