Formula 1
“Kieku Hamilton kien mal-Ferrari, kieku kienu jirbħu l-Kampjonat tal-Kostrutturi,” Luca di Montezemolo

Skont l-eks President tal-Ferrari, Luca di Montezemelo, li kieku Lewis Hamilton kien qiegħed isuq mal-Ferrari, allura l-Kampjonat tal-Kostrutturi tal-2018 kienet tirbħu l-iScuderia. Filwaqt li qal li l-Brittaniku kien ħaqqu li jirbaħ il-ħames kampjonat fil-karriera tiegħu, spjega kif f’dan l-istaġun Hamilton beda tajjeb mill-ewwel, u għalkemm kellu mumenti ebsin jew inkella ta’ kriżi, xorta waħda kien mentalment kapaċi li jegħleb kull ostaklu u wasal biex jirbaħ il-kampjonat tal-Formula 1.

“Ma rrid innaqqas xejn mill-mertu ta’ Vettel, jew inkella nċekknu, għax nemmen li jista’ jerġa’ jiġbor lilu nnifsu u jisfida b’karozza kompetittiva, imma ninsab ċert li kieku Hamilton kien qiegħed isuq karrozza Ferrari, allura l-iScuderia kienet tirbaħ fl-2018.” Dan kien il-kumment ta’ Montezemolo fuq l-istazzjon RAI, biss imbagħad kompla jgħid li l-fatt li Vettel ma rebaħx il-kampjonat ma kienx kollu t-tort tiegħu. Skontu, it-tim tal-Ferrari nbidel minn kif ħallih hu lura għall-2014, kemm fil-mentalità u anke fil-persuni li jiffurmaw it-tim.

“Il-Ferrari kellhom karozza tajba ħafna din is-sena, u f’ċertu Grand Prixs kienet aqwa mill-Mercedes, imma kien hemm xi ħaġa nieqsa. Kultant Vettel ħa deċiżjonijiet ħżiena li għalihom patta qares, imma t-tim seta’ għenu aktar għaliex biex tirbaħ il-kampjonat irid ikollok l-għajnuna kollha tat-tim,” kompla Montezemolo.

Huwa qabbel ukoll l-ewwel snin ta’ Michael Schumacher mal-Ferrari u qal li anke l-istilla Ġermaniż wettaq xi żbalji fl-ewwel Grand Prixs tiegħu mat-tim Taljan, imma filwaqt li huwa tajjeb li kulħadd jitkellem ċar u tond fil-kmamar ta’ ġewwa, quddiem il-pubbliku t-tim irid jidher magħqud u kumpatt, xi ħaġa li kultant il-Ferrari batew minnha.

Mistoqsi jekk fl-età ta’ 71 sena, Montezemolo għandux xi interess li jirritorna fil-Formula 1, huwa qal li minn 0 sa 100, il-possibiltà hija inqas minn żero.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-bidu eċċezzjonali li kellhom il-Mercedes f’dan l-istaġun tal-Formula 1 mhuwiex biżżejjed sabiex jikkonvinċi lil Lewis Hamilton li għal darb’oħra t-tim Ġermaniż jista’ jirbaħ il-kampjonat tal-kostrutturi. Skont il-Brittaniku, l-istaġun għadu fil-bidu…

Formula 1

Il-Brittaniku tal-Mercedes Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix taċ-Ċina li sar f’Shangai dalgħodu, Grand Prix li kien l-elf wieħed fl-istorja tal-Formula 1. Hamilton qabeż lil Bottas li kellu l-Pole u qatt…

Formula 1

Charles Leclerc rebaħ l-ewwel pole position tal-karriera tiegħu fl-età ta’ 21 sena u 166 ġurnata meta fuq iċ-ċirkwit ta’ Bahrain issorprenda bil-karozza Ferrari. L-Iscuderia kienu b’saħħithom mill-provi tal-bieraħ, b’Leclerc ikun…

Formula 1

Formula 1: Hekk kif nhar il-Ħadd isir il-Grand Prix tal-Bahrain it-tieni wieħed tal-istaġun kien hemm provi sodisfaċenti għat-team Ferrari. Filfatt fil-provi tal-ġimgħa kien Sebastian Vettel li rreġistra l-aħjar ħin quddiem…

Aktar