Futbol internazzjonali
“Kieku ma spiċċajniex b’10 min-nies, żgur konna nġibuh id-draw” – Ray ‘Żażu’ Farrugia, kowċ tat-tim nazzjonali

Eventwalment diżappuntat wara t-telfa lit-tim Malti tilef kontra l-Kosovo bl-iskor ta’ 3-1 fil-Fadil Vokrri Stadium, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti qal li, li kieku ma tkeċċiex il-captain Michael Mifsud, Malta żgur kienet iġġib il-goal tad-draw għaliex il-Kosovo dehru li bdew jibżgħu mir-reazzjoni tat-tim Malti. Barra minn hekk, ilmenta wkoll fuq ċertu deċiżjonijiet tar-referee:

Għall-plejers Maltin din it-telfa kienet pjuttost qarsa meta fit-tieni taqsima rnexxilhom jiġu minn goal żvantaġġ u mill-corner Andrei Agius sab ix-xibka biex momentarjament għamel l-iskor 1-1. Biss, is-saħħa tat-tim tal-Kosovo kienet evidenti, fejn saħansitra laqtu l-lasta darbtejn qabel reġgħu marru fil-vantaġġ.

Il-kowċ tal-Kosovo, Challandes, qal li sa tmiem l-ewwel taqsima l-Kosovo kienu l-aħjar u kważi kien ġa ħaseb li rnexxilhom jagħlqu l-logħba, imma bir-riżultat 1-0 il-Maltin għamlu reazzjoni qawwija u ħasduhom, biss huma kienu b’saħħithom biżżejjed biex għarfu xorta waħda jirbħu l-konfront.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Bidu xejn feliċi għal Diego Armando Maradona bħala kowċ ta’ Gimnasia y Esgrima wara li fl-ewwel logħba huma tilfu 2-1 f’darhom kontra Racing. Maradona, li ħa lit-tim f’idejh mill-ġimgħa li…

Futbol internazzjonali

Serie A 2019/20 Riżultati tat-3 ġurnata Genoa 1 – 2 Atalanta Brescia 3 – 4 Bologna Parma 1 – 3 Cagliari Spal 2 – 1 Lazio AS Roma 4 – 2 Sassuolo

Futbol internazzjonali

KAMPJONAT PREMIER INGLIŻ Fil-ħames ġurnata tal-kampjonat Premier Ingliż, Norwich City ħasdu għal kollox liċ-champions Manchester City billi rebħulhom bl-iskor ta’ 3-2. Din kienet l-ewwel telfa fil-kampjonat għas-Citizens. Norwich stabilixxew vantaġġ…

Futbol internazzjonali

Fit-23 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Klabbs Ewropej li saret f’Ġinevra, l-klabbs insistew fit-talba tagħhom biex ikun hemm riforma fil-kompetizzjonijiet ewropej. Il-proposta ppjanat li tibda fis-sena 2024 tinkludi l-formazzjoni ta’ tliet…

Aktar