Futbol internazzjonali
Kieran Trippier uffiċjalment plejer t’Atlético Madrid

Atlético Madrid ħabbru akkwist ieħor matul dan is-suq tat-trasferimenti. Id-difensur laterali ta’ Tottenham Hotspur, Kieran Trippier, ingħaqad mat-tim Spanjol għas-somma ta’ €22 miljun. Il-plejer ta’ 28 sena telaq minn Londra wara li fl-2015 kien ingħaqad magħhom mingħand Burnley. Huwa lagħab aktar minn 100 logħba ma’ Tottenham, u issa ffirma kuntratt ta’ 3 snin mat-tim minn La Liga.

Trippier huwa t-tielet akkwist difensiv matul dan is-suq, wara li l-kowċ Diego Simeone ffirma lid-difensur Felipe mingħand Porto u lid-difensur laterali Renan Lodi mingħand Athletico Paranaense.

Atlético diġa’ nefqu aktar minn €188 miljun f’trasferimenti matul dan is-sajf, meta ħallsu €125 miljun għal Joao Felix, Marcos Llorente swiehom kważi €40 miljun u issa ffirmaw lil Trippier.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Parma 2   Frosinone 1 Parma ħallew sal-aħħar sekondi biex għaddew għar-round li jmiss tal-Coppa Italia meta kontra t-tim tas-Serie B, Frosinone, huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Parma minn fuq fl-20…

Futbol internazzjonali

Il-Ħamis filgħaxija Everton keċċew lill-manager Marco Silva, inqas minn 24 siegħa mit-telfa fid-derby ta’ Merseyside kontra Liverpool. Bit-telfa kontra Liverpool, Everton waqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni u bħalissa jinsabu t-tielet mill-aħħar. Marco…

Futbol internazzjonali

Sheffield UTD 0   Newcastle UTD 2 Newcastle ħadu xi ftit tan-nifs fil-Kampjonat Ingliż meta l-Ħamis filgħaxija għelbu lil Sheffield UTD 2-0. Kien Saint-Maximin li fetaħ l-iskor mal-kwarta logħob, u Jonjo…

Futbol internazzjonali

Sassuolo 1   Perugia 2 Diżappunt għal Sassuolo fil-Coppa Italia meta fir-Round tas-16 tilfu kontra Perugia 2-1. Sal-ewwel 17-il minuta Perugia kienu diġa’ 2-0 minn fuq b’gowls ta’ Mazzocchi u Nicolussi….

Aktar