Local Sports
Kif se jkun affetwat l-Isport bil-Budget 2019, propost twaqqif ta’ Korp għall-Integrità tal-Isport

Fid-diskors tal-Budget tal-lum il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern huwa mpenjat li jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura sabiex l-atleti Maltin jiksbu riżultati tajbin. Se jissoktaw it-tħejjijiet b’rabta max-xogħol fuq il-pixxina indoor fil-Kumpless tal-Isport tal-Kottonera sabiex l-isport akwatiku jieħu l-ispinta li jeħtieġ sabiex
ikompli jżid mas-suċċessi ta’ dawn l-aħħar snin.

Aktar miżuri:

SportMalta identifikat 18 -il post ta’ ‘open spaces’ u pitches simili fi 15-il lokalita’ madwar Malta u Għawdex. Il-Gvern se
jimbarka fi programm ta’ sentejn li matulhom dawn l-open spaces u pitches se jsiru mill-ġdid b’ investiment ta’ €600,000.

Wara li s-sena li għaddiet kien hemm l-ewwel applikazzjonijiet ta’ għaqdiet sportivi sabiex jikkummerċjalizzaw il-faċilitajiet tagħhom, matul is-sena li ġejja huwa mistenni li l-liġi li saret favur il-Clubs speċjalment Clubs tal-futbol, tibda tara l-ewwel riżultati tagħha sabiex iktar Clubs jkunu jistgħu jagħmlu l-qabża għall-professjonaliżmu.

Il-Gvern se jkompli jħarrax il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-isport. Wara li daħlet il-liġi kontra l-korruzzjoni fl-isport, issa
l-Gvern se jwaqqaf il-Korp għall-Integrità tal-Isport. Din għandha taħdem id f’id mal-assoċjazzjonijiet sportivi nazzjonali, mal-Pulizija u mal-Awtorita’ Maltija għal-logħob, sabiex ikompli jkollna l-isport Malti nadif mill-qerq kif ukoll jeduka lit-tfal biex jikbru f’ambjent ta’ sport nadif u integru.

Flimkien mal-Kumitat Olimpiku Malti se tkun qed tiġi mfassla strateġija nazzjonali għall-isport għall-għaxar snin li ġejjin. Ir-riżultati li l-atleti tagħna ġabu f’dawn l-aħħar snin jistgħu u għandhom jitjiebu u għalhekk din l-istrateġija mhux ser tkun immirata biss lejn it-tkattir ta’ parteċipanti fl-isport iżda l-kisba ta’ rebħ u medalji f’kull dixxiplina sportiva possibbli fil-manifestazzjonijiet sportivi internazzjonali l-kbar.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Powerlifting

Is-Sibt u l-Ħadd li għadda, 2 u 3 ta’ Novembru ġew organizzati l-World Full Power Championships tal-Powerlifting fi Glasgow, fl-Iskozja. Din il-kompetizzjoni ssir kull sena u fiha jikkompetu atleti mill-Ukraina,…

Local Sports

Is-Super League Triathlon wara t-tappa ta’ Malta jmiss issir fi f’Mallorca fi Spanja. Matul il-ġurnata tal-Ħadd, is-sit tvm.com.mt/sport se jkun qed jagħti xandira diretta ta’ dan kollu.

Local Sports

Erba’ atleti, uffiċjal, kowċ u Club lokali kienu ppreżentati b’għajnuna finanzjarja mill-kumpanija Malto Lotteries wara li huma kienu rebħu l-unuri prinċipali waqt l-edizzjoni ta’ Frar 2018 tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Dan…

Aktar