Futbol internazzjonali
“Kif smajt bis-Super League ħsibtu xi ħadd qed jiċċajta” – Carlo Ancelotti

Il-kowċ ta’ Everton, Carlo Ancelotti, qal li hekk kif ħarġet l-istqarrija dwar is-Super League, ħaseb li xi ħadd kien qed jiċċajta.

Everton hu wieħed mill-klabbs fl-Ingilterra li dejjem ħa ġsieb il-partitarji u l-membri tiegħu u għalhekk, l-aħbar tas-Super League, ixxukkjat lil ħafna.

“L-ewwel reazzjoni tiegħi kienet li din kienet xi ċajta ta’ xi ħadd. Ċajta għax xi ħaġa impossibbli bies issir u mhux se ssir,” qal Ancelotti.

It-Toffees ikkunadannaw lis-sitt klabbs tal-Premier League Ingliż li kienu se jieħdu sehem fis-Super League minflok fil-UEFA Champions League, liema deċiżjoni ġabet rabja u protesti kbar mill-partitarji kollha madwar l-Ewropa.

Everton qalu li l-klabbs li ftehmu li jilagħbu fis-Super League kellhom imġieba arroganti lejn id-dinja tal-futbol u kissru r-reputazzjoni sabiħa li jgawdi l-futbol.

Miktub minn...
TVM Sport