Local Sports
Kirill Micallef Stafrace se jikkontesta għall-kariga ta’ President tal-Kumitat Olimpiku Malti, elezzjoni ma’ Julian Pace Bonello

It-Tabib Kirill Micallef Stafrace tefa’ n-nominazzjoni tiegħu għall-kariga ta’ President tal-Kumitat Olimpiku Malti.

Dr Micallef Stafrace tefa’ n-nominazzjoni tiegħu eżattament il-bieraħ fl-aħħar ġurnata li fiha kien u jagħlqu n-nominazzjonijiet għal din il-kariga.

TVM Sport jikkonferma wkoll li l-President attwali Julian Pace Bonello wkoll tefa’ n-nominazzjoni tiegħu sabiex jerġa’ jkun elett f’din il-kariga għal terminu ieħor.

Julian Pace Bonello ilu President tal-KOM mill-2013 filwaqt li t-Tabib Micallef Stafrace ilu għal dawn l-aħħar snin jispeċjalizza fil-mediċina tal-isport u Direttur fl-istess Kumitat Olimpiku Malti.

In-Nominazzjonijiet għall-karigi l-oħra fosthom ta’ Segretarju Ġenerali, Viċi Presidnet, Teżorier, Direttur Sport u erba’ postijiet ta’ membri fl-Eżekuttiv jagħlqu t-Tnejn 11 ta’ Ottubru.

L-Elezzjoni għall-Kumitat Eżekuttiv ġdid se ssir fl-Assemblea Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti li hi skedata għad-9 ta’ Novembru.

 

Miktub minn...
TVM Sport