Boxing
Knisja f’Napli tinbidel f’ring tal-boxing

F’sobborg fil-belt ta’ Napli, knisja tas-seklu sbatax kienet mibdula f’ring tal-boxing, fejn żgħażagħ differenti qegħdin jinġabru sabiex jitgħallmu dan l-isport u xejn xejn jitbiegħdu mit-toroq tal-belt u mill-kriminalità. Fid-distrett ta’ Rione Sanita s-sitwazzjoni xejn mhija waħda feliċi, fejn diversi żgħażagħ jispiċċaw jiġġerrew barra, jiġġieldu, u ħafna drabi jispiċċaw arrestati mill-pulizija. Il-mafja Taljana ‘Camorra’ hija waħda minn tliet organizzazzjonijiet li jippruvaw jiġbdu kemm jistgħu żgħażagħ lejhom għal skopijiet ħżiena, u dan iseħħ minħabba li ħafna minnhom ma jkollhomx xogħol. Fl-2018, 39.7% taż-żgħażagħ bejn il-15 u l-24 sena ma kellhomx impjieg.

Fil-knisja ta’ Santa Maria della Sanita, madwar sittin żagħżugħ jinġabru tliet darbiet fil-ġimgħat għat-taħriġ fil-boxing. Forsi wieħed jistaqsi għaliex din il-knisja tas-seklu sbatax ma nbidlitx f’xi ħaġa oħra, jew inkella post fejn jiġi prattikat sport ieħor, imma permezz tal-boxing dawn iż-żgħażagħ qegħdin joħorġu ftit mill-frustrazzjoni tal-ħajja, għax fi kliemhom, il-boxing jgħinhom iħossuhom fiżikament tajbin u jgħinhom joħorġu l-emozzjonijiet tagħhom. Fil-knisja li kienet mibnija bejn l-1602 u l-1611, it-taħriġ isir minn żewġ pulizija, u dan kompla għen biex titnaqqas l-arja ostili li wieħed isib fit-toroq ta’ dan id-distrett bejn iż-żgħażagħ u l-pulizija. Barra dan it-taħriġ, diversi żgħażagħ qegħdin jirċievu għajnuna psikoloġika sabiex ma jiġrilhomx bħal sħabhom u jispiċċaw il-ħabs.

Fi knisja oħra, fl-istess distrett, madwar 200 metru ‘l bogħod mill-knisja ta’ Santa Maria della Sanita, żgħażagħ oħra jingħaqdu sabiex jitħarrġu fil-mużika, kollox parti mill-pjan ta’ Dun Antonio Loffredo li beda proġett sena ilu biex jipprova joħloq spazji fejn iż-żgħażagħ Naplitani jkunu jistgħu jirrikreaw ruħhom.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Iċ-champion tal-heavyweight Andy Ruiz ser jerġa’ jiġġieled m’Anthony Joshua nhar is-Sibt li ġej, 7 ta’ Diċembru. Il-ġlieda boxing li ser issir fil-kapitali tal-Arabja Sawdija, Riyadh, hija waħda mistennija biż-żewġ boxers…

Boxing

Il-Boxer ta’ 42 sena Floyd Mayweather ħabbar li se jkun qiegħed jirritorna fir-ring fl-2020. Din l-aħbar ma kinitx mistennija mis-segwaċi tal-Boxing wara li aktar kmieni din il-ġimgħa l-istess Mayweather f’intervista’…

Boxing

Iċ-champion tad-WBC heavyweight Deontay Wilder u Luis Ortiz, kellhom l-aħħar konferenza tal-aħbarijiet qabel il-ġlieda tas-Sibt li ġej li se tkun rematch bejniethom. Wilder se jkun qed jiddefendi t-titlu WBC wara…

Boxing

Il-komunità tal-Boxing fl-Awstralja tinsab taħt xokk qawwi wara li tħabbret mewt ta’ boxer ieħor. Dan hu Dwight Ritchie li kellu 27 sena. Dettalji tal-mewt tiegħu għadhom ħierġa iżda kollox qed jindika…

Aktar