Futbol lokali
Kompetizzjonijiet Ewropej: draw barra minn darhom għal Valletta, il-Ħamis Balzan u Gżira
UEFA Champions League: draw ta' 0-0 għal Valletta fl-Albanija

UEFA Champions League: draw prestiġjuż ta’ 0-0 għal Valletta barra minn darhom għand iċ-champions Albaniżi Kukesi li jħallihom b’ċans tajjeB li javvanzaw għat-tieni round ta’ kwalfikazzjoni. Il-Belt bDew bil-formazzjoni Bonello, Zerafa, Camilleri, Steve Borg, Pena Beltre, Saleh, Muscat, Malano, Piciollo, Fontanella, Alba. Fit-tieni taqsima daħlu Juan Cruz Gill, Nwoko, u Jean Borg. It-tieni leg tintlagħab nhar it-Tlieta fis-6 ta’ filgħaxija fis-Centenary Stadium Ta’ Qali.

Il-Ħamis intant Balzan impenjati fl-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League meta jilqgħu lil Kesla tal-Ażerbajġan.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet il-logħba, il-coach ta’ Balzan Marco Micovic qal li l-avversarjI huma iebsin imma l-club se jagħmel minn kollox biex jinsa t-tmiem negattiv tal-istaġun li għadda u javvanza f’din il-kompetizzjoni. Issemmew l-akkwisti ġodda tal-club fosthom id-duo ex-Ħamrun Spartans Steve Sultana u Dale Camilleri, iż-żagħżugħ Neil Frendo mingħand Mosta, u Riccardo Correa Duarte mingħand Sliema Wanderers, li ħadu post players bħal Clive Brincat, Ryan u Paul Fenech li telqu. Balzan kontra Kesla tal-Ażerbajġan fis-Centenary Stadium fis-7.

U fid-9 ta’ filgħaxija fis-Serbja, Gżira Utd jilagħbu kontra Radnicki wkoll fl-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League wara li fir-round preliminari eliminaw lil Sant Julia ta’ Andorra.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Ftit tal-ħin ilu, Hamrun Spartans akkwistaw żewġ barranin oħra li jilagħbu bħala difensuri ċentrali. Permezz tal-kumpanija Genova International Soccer School ta’ Morris Pags, l-Ispartans akkwistaw lill-Urugwajan Jorge Nicolas Pandiani u…

Futbol lokali

Is-Sibt filgħodu saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Football Association fejn fiha nqraw ir-rapport amministrattiv, ir-rapport finanzjarju, saret l-elezzjoni tal-Eżekuttiv għall-‘membri overall’ u d-diskors tal-għeluq tal-President Norman Darmanin Demajo. Il-Laqgħa ħadet…

Futbol lokali

Għada s-Sibt issir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Football Association. Fil-Laqgħa ta’ għada, li tibda fid-9.30am u wisq probabbli ttawwal sa kmieni wara nofsinhar, se ssir elezzjoni waħda, dik tal-‘membri overall’…

Futbol lokali

Għall-ewwel darba minn kemm ilu li ġie Malta, Morris Pags, is-sid ta’ Genova International Soccer School, jitkellem dwar il-proġett il-ġdid ta’ Hamrun Spartans u r-raġuni ewlenija għalfejn ħass li għandu…

Aktar