Konferma: Tedesco se jkun coach ta’ Birkirkara

RAPPORT SANDRO MICALLEF

Il-Qasba ma’ ċċaqċaqx għal xejn !!!! Dan il-qawl jidħol feles għal Birkirkara f’dan il-mument hekk kif il-Club tal-Istripes għadu kif ħabbar fuq is-sit eletroniku tiegħu li huma ngaġġaw lil Giovanni Tedesco bħala coach tagħhom għall-istaġun li ġej.

Tedesco kien qed jisemma li jista’ jingħaqad ma’ Birkirkara ħafna żmien ilu iżda Birkirkara qadu lura milli jikkonfermaw li huma kienu bdew diskussjonijiet mal-coach minn Palermo b’rispett u lealta’ lejn Paul Zammit li b’mod parrallel kien qed imexxi lit-team għall-finali tat-Trophy li eventwalment intrebħet minn Birkirkara. Birkirkara inħallu ma’ Zammit erbat ijiem ilu meta dan kien fadallu sena fuq il-kuntratt.

Il-Club qal li fil-jiem li ġejjin Tedesco se jasal Malta sabiex jiffinalizza u jiffirma l-kuntratt tiegħu li se jkun għal sentejn.

Intant dan is-sit għamel kuntatt telefoniku ma’ Riccardo Gaucci President ta’ Floriana. Meta mistoqsi jekk hux diżappuntat għal fatt li Tedesco għażel li ma’ jkompliex mal-Greens il-President taljan qal “No non sono disapuntato, Muore un Papa si fa un altro”

Miktub minn...
TVM Sport
.