Local Sports
Kontingent ta’ 32 atleti u ufficjali mill-MESA għal Ateni biex jieħdu sehem fit-tielet edizzjoni tal-World Company Sport Games

Kontingent ta’ 32 atleti u ufficjali mill-Malta Employees Sport Association, il-MESA, it-Tnejn li gej imorru Ateni, fil-Grecja biex jieħdu sehem fit-tielet edizzjoni tal-World Company Sport Games.

Il-President tal-MESA, Mark Marlow, ta dettalji dwar din iz-zjara u qal li l-MESA hadet sehem fl-ewwel zewg edizzjonijiet li saru f’Palma de Mallorca fi Spanja fl-2016 u f’Le Baule fi Franza fl-2018 u kisbet rizultati ferm sodisfacenti.

Ghal din l-edizzjoni f’Ateni, l-atleti Maltin se jkunu qed jiehdu sehem fl-Atletika u fil-Beach Volley.

Aktar minn erbat elef atleti minn madwar 35 pajjiz se jkunu qed ippartecipaw fi 23 sport differenti.

Il-Ministru ghat-Turizmu, Clayton Bartolo, enfasizza fuq l-importanza li ghandu jinghata l-isport kemm fuq bazi lokali kif ukoll internazzjonali.

Huwa qal li l-isport huwa fattur li jghaqqadna u tkellem dwar l-importanza tat-turizmu sportiv ghal pajjizna.

Miktub minn...
TVM Sport