Waterpolo
Kontroversja bejn il-MWRA u Sliema ASC

Il-Malta Waterpolo Referees Association ikkritikat dak li sejħet in-nuqqas ta’ fiduċja li l-club tal-waterpolo ta’ Sliema wera fl-istess assoċjazzjoni: sal-punt li l-club talab li l-partiti deċiżivi tal-kampjonat premier tas-sajf tal-waterpolo ma jkunux ikkontrollati minn referees Maltin.

L-assoċjazzjoni qalet fi stqarrija li tieħu allegazzjonijiet fil-konfront tagħha bl-ikbar serjetà: u ddikjarat li b’effett immedjat u għal żmien indefinit, m’hi se tikkontrolla ebda logħbiet li jinvolvu timijiet tal-club ta’ Sliema, f’ebda kategorija.

Sliema Aquatic Sports Club wieġeb fi stqarrija oħra li l-għażla tar-referees hija strettament ir-responsabbiltà tal-ASA u ma tkunx ikkomunikata lill-clubs minn qabel. Il-club Slimiż qal ukoll li t-talba għal referees barranin kienet ibbażata fuq statistika.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Tħabbret il-mewt ta’ Victor Cachia eks referee internazzjonali Malti tal-waterpolo. Cachia beda jikkontrolla logħbiet tal-ogħla diviżjoni fil-kampjonat Malti fl-1970 fejn kien kunsidrat l-aqwa referee ta’ dak iż-żmien bil-maġġoranza tal-logħbiet li…

Għawm

Hekk kif mil-lum uffiċjalment ġew illaxkati xi miżuri għat-taħriġ ta’ Sport outdoor, TVM Sport jista’ jikkonferma li l-għawwiema u l-players tal-waterpolo jistgħu jibdew jitħarrġu fil-Pixxina tal-Qroqq minn nhar it-Tnejn hekk…

Għawm

L-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku l-ASA fi stqarrija qed tagħmel appell lill-awtoritajiet tas-Saħħa sabiex hekk kif se jiġu rilaxxati aktar miżuri fosthom bil-ftuħ ta’ aktar attivita’ kummerċjali bħal restaurants, nail technicians u…

Aktar