Atletika
Kontroversja dwar il-Vaporfly, min iridu u min irid jeliminah

Il-kumpanija Nike tinsab f’nofs kontroversja wara li hemm min qed jgħid li ż-żraben Vaporfly qegħdin jagħtu vantaġġ teknoloġiku lil xi atleti waqt il-maratoni. Grupp ta’ persuni tal-World Athletics ilhom għal dawn l-aħħar xhur jeżaminaw dawn iż-żraben li jintużaw minn atleti rinomati, fosthom il-Kenjani Eliud Kipchoge u Brigid Kosgei.

F’Ottubru tas-sena li għaddiet, Kipchoge sar l-ewwel atleta li rnexxilu jtemm maratona f’inqas minn sagħtejn, filwaqt li f’inqas minn 24 siegħa wara, il-Kenjana Kosgei kisret ir-rekord ta’ Paula Radcliffe wara 16-il sena. Skont sorsi li dehru fil-media matul din il-ġimgħa, jidher li jew ser isiru sanzjonijiet fuq dawn it-tip ta’ żraben, inkella jistgħu jiddaħħlu miżuri ġodda sabiex l-għajnuna teknoloġika lill-atleti ma tkunx daqshekk effettiva.

Dawn l-aħbarijiet ħolqu kontroversja sħiħa mhux biss bejn l-atleti imma wkoll bejn dawk li jsegwu l-atletika, kontroversja li donnha l-kumpanija Nike qiegħda tieħu gost biha għax mistennija żżid fil-bejgħ ta’ dan it-tip ta’ żarbun. Kipchoge, l-atleta li żgur approfitta minn dan iż-żarbun qal li ma jagħmilx sens li jkun hemm sanzjonijiet dwar l-użu tiegħu, għaliex fl-aħħar mill-aħħar l-atletika trid tilqa’ l-avvanzi teknoloġiċi li qegħdin isiru. Skont studji indipendenti, jidher li ż-żarbun jgħin lill-atleti b’effiċjenza metabolika ta’ 4%, għalkemm dan ma jfissirx li atleta ser jiġri b’4% aktar.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Atletika

L-Etijopjana Ababel Yesaneh kellha wirja kbira fin-nofs maratona li saret fl-Arabja Sawdija billi kissret ir-rekord dinji b’20 sekonda. Yeshaneh qabżet il-finish line f’siegħa, 4 minuti u 31 sekonda fit-tellieqa World…

Atletika

Dillon Cassar u Josann Attard Pulis komplew jaffermaw il-pożizzjoni tagħhom bħala parti minn grupp elite ta’ atleti li jkomplu jagħmlu isem tajjeb fil-komunità tal-ġiri fit-toroq meta rreġistraw rebħiet tajbin fl-Intersport…

Atletika

Evolve Endurance Club organizza b’suċċess l-ewwel edizzjoni tat-tellieqa Evolve 5 Mile. Aktar minn 300 atleta pparteċipaw f’din it-tellieqa, bir-rotta tgħaddi minn għadd ta’ toroq f’Marsascala. Permezz ta’ din it-tellieqa, il-klabb…

Atletika

Ir-rebbieħ mondjali tal-midalja tal-fidda Mondo Duplantis wettaq il-ħolma ta’ ħajtu meta lbieraħ kiser ir-rekord tal-akbar qabża fil-pole vault ta’ 6.17-il metru. Duplantis għamel din il-qabża fit-tieni tentattiv tiegħu fil-World Athletics…

Aktar