Futbol internazzjonali, Futbol lokali
Korruzzjoni: Żewġ players tal-U21 sospiżi għal għomorhom

Il-UEFA illum ħabbret id-deċiżjoni finali tal-kumitat tal-kontroll, etika u dixxiplina relatat mal-każ ta’ korruzzjoni li kienu qed ikunu investigati xejn inqas minn seba’ players tat-team Nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena.

Il-każ kien jirrigwardja żewġ logħbiet mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat tal-UEFA ta’ din il-kategorija li ntlagħbu fl-2016.

Mis-seba’ players investigati huwa biss il-goalkeeper Matthew Calleja Cremona li ġie meħlus mill-akkużi kollha u allura ma ntsabx ħati.

Iż-żewġ players Emanuel Briffa u Kyle Cesare weħlu sospensjoni għal għomorhom. Dawn iż-żewġ players kienu għaddew proċeduri kriminali fil-Qrati Maltin u kienu nħelsu mill-akkużi, iżda bħalissa qed jerġgħu ikunu affaċjati bl-istess akkużi wara li l-Avukat Ġenerali appella mid-deċiżjoni tas-sentenza tal-ewwel Qorti.

Erba’ players oħra wkoll instabu ħatja u ingħataw sentenzi differenti. L-akkuża simili fil-konfront ta’ dawn il-players hi li ma nfurmawx minn jheddehom lill-UEFA jew lill-awtoritajiet kompetenti li kienu jafu b’dak li kien se jseħħ u kien miftiehem għaż-żewġ logħbiet Malta kontra l-Montenegro tat-23 ta’ Marzu u Malta kontra r-Republika Ċeka tad-29 ta’ Marzu tas-sena 2016.

B’hekk il-UEFA ssospendiet b’effett immedjat sentejn lill Samir Arab, sena u nofs lil Ryan Camenzuli, u sena lil Llywelyn Cremona u lil Luke Montebello.

Apparti s-sentenza ta’ sospensjoni Ryan Camenzuli, Llywelyn Cremona u Luke Montebello ġew ordnati wkoll jagħmlu xogħol ta’ servizz fil-komunità tal-football.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Tazza tad-Dinja Russja 2018 Grupp Ħ Polonja ….. 1 Senegal …… 2 Bidu qawwi għas-Senegal li għelbu lil Polonja bl-iskor ta’ 2-1. Fil-formazzjoni tas-Senegal id-difensur ta’ Napoli Kalidou Koulibaly u…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

GRUPP Ħ Kolumbja … 1 Ġappun …. 2 Il-Ġappun ħasdu lil Kolumbja meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 fil-ftuħ ta’ Grupp Ħ. Vantaġġ kmieni għal Ġappun, hands fil-kaxxa ta’ Carlos Sanchez…

Aktar