Tazza tad-Dinja 2018
Kroazja jikkwalifikaw għat-tieni Semifinali bl-għoti tal-penalties 4-3.
l-Kroazja wara li sal-hin barrani l-iskore kien 2-2, bl-għoti tal-penalties kienu l-Kroazja li rebħu 4-3 u b’hekk bħalma għamlu kontra d-Danimarka kienu huma li għaddew għat-tieni semifinali biex nhar l-Erbgħa li ġejjin jilgħabu kontra l-Ingilterra.
 
L-aħħar logħba mill-kwarti tal-finali kienet bejn l-organizaturi ta’ din l-edizzjoni tad-dinja r-Russja u l-Kroazja. Kienet logħba li bdiet b’aktar furja minn naħa tar-Russja, u li wieħed żgur  kien qed jistenna dan b’ħafna mis-suppporters fil-ground kienu favur it-tim li kien qed jilgħab  f’daru.
 
Sa l-ewwel nofs siegħa logħob ftit li xejn rajna azzjonijiet li setgħu ssarrfu f’goals.
 
Hekk kif għaddiet nofs siegħa fl-ewwel taqsima, r-Russja ħasdu lill-Kroazja u marru fil-vantaġġ b’goal maħdum tajjeb bejn Denis Cheryshev u Artem Dzyuba u kien finalment Cheryshev li fetaħ l-iskore b’xutt minn barra l-kaxxa u l-istadium ta’ Sochi ried jaqa’ bl-għajta tal-goal.
 
Fid-39 il-Kroazja ġabu l-goal ta’ draw. Xogħol tajjeb bejn Mario Mandzukic u Andrej Kramaric u kien dan finalment li bir-ras għeleb lill-goalkeeper Igor Akinfeev.  B’hekk l-ewwel taqsima intemment 1-1.
 
It-tieni taqsima kompliet fuq l-istess ritmu bit-timijiet attenti minn xulxin, iżda l-Kroati jkunu huma l-aktar li fittxew il-goal tal-vantaġġ. Fis-sittin minuta l-Kroazja kienu sfortunati li ma marrux 2-1 meta x-xutt ta’ Ivan Perisic spiċċat jaħbat mal-wieqfa bil-ballun jitbiegħed mil-linja finali.
Fit-78 minn corner ta’ Luka Modric  mill-lemin, jidħol bir-ras Mario Mandzukic ra bil-ballun imur barra u ċ-ċans għall-Kroazja jintilef.
 
Fl-94 minuta Danijel Subasic kien attent għax-xutt ta’ Fedor Smolov, 1-1 l-iskore sad-disgħin minuta li fisser l-ewwel ħin barrani fil-kwarti tal-finali.
Fil-mija w wieħed minuta l-istadium ta’ Sochi ssomma fis-skiet kbir hekk kif il-Kroazja marru fil-vantaġġ 2-1, Domagoj Vide għall-Kroazja bir-ras għadda lejn Vedran Corluka li tefa fix-xibka fost il-ferħ u tgħanniq tal-players Kroati. Demoralizzati wara dan il-goal, ir-Russi ppruvaw iwettqu rejazzjoni iżda l-Kroazja żammew tajjeb kull tentattiv li holqu l-avversarji. Fil-113-il minuta, xutt ta’ Daler Kuzyeev sab li
Subasic attent u salva bi bravura.
 
Meta kollox deher li r-Russja kien ser ikun diffiċċli li jġibu draw, ġara kollox bil-kontra. Fil-116, free-kick favur it-tim Russu, mogħti minn Alan Dzagoev, għola Mario Fernandez u rnexxielu jitfa fix-xibka għal 2-2. B’hekk l-aħħar logħba tal-kwarti tal-finali kellha tkun deċiża  bl-għoti tal-penalties.
 
Għar-Russja tilfu l-penalties: Smolov u  Fernandez;
Għall-Kroazja tilef il-penalty Kovacic. L-aħħar penalty għall-Kroati taħ Rakitic li tefa lil sħabu f’delirrju ta’ ferħ.
Miktub minn...
danielbuhagiar
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja. Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali…

Tazza tad-Dinja 2018

Merħba ta’ eroj anke għat-team nazzjonali tal-Kroazja mal-wasla lura Zagreb wara li kontra kull aspettattiva ġie t-tieni fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn tilef biss fil-finali kontra Franza. Minkejja t-telfa, it-team Kroat…

Tazza tad-Dinja 2018

L-għada li ġew inkurunati champions ġodda tad-dinja, ritorn trijonfali fil-kapitali Pariġi għall-iskwadra nazzjonali Franċiża tal-football. Eluf kbar ta’ partitarji laqgħu l-iskwadra l-ajruport Charles de Gaulle imma l-akbar merħba lill-players u…

Tazza tad-Dinja 2018

Qabel saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u eventwalment it-tazza lir-rebbieħa, ingħataw midalji lill-plejers li ddistingwew ruħhom f’din l-edizzjoni tar-Russja 2018. Inċidentalment, il-plejers li rebħu l-unuri lagħbu mat-timijiet li waslu sas-semifinali ta’…

Aktar