Tazza tad-Dinja 2018
Kroazja: Merħba ta’ Eroj

Merħba ta’ eroj anke għat-team nazzjonali tal-Kroazja mal-wasla lura Zagreb wara li kontra kull aspettattiva ġie t-tieni fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn tilef biss fil-finali kontra Franza.

Minkejja t-telfa, it-team Kroat qala’ tifħir minn kullimkien għall-mod kif wassal nazzjon ta’ ftit aktar minn erba’ miljun ruħ sal-finali tal-ikbar tournament tal-football fid-dinja.

Eluf ta’ partitarji ħonqu l-ajruport u ffullaw it-toroq waqt li l-coach bis-saqaf ħadet lill-iskwadra lejn iċ-ċentru tal-kapitali: bil-players fosthom il-captain Luka Modric li rebaħ l-unur tal-aqwa player fir-Russja u l-coach Zlatko Dalic isellmu lura.

Preżenti għaċ-ċelebrazzjonijiet anke l-president tal-Federazzjoni Kroata tal-Football Davor Suker, membru tal-iskwadra li kienet ġiet it-tielet fit-Tazza tad-Dinja ta’ Franza fl-1998, l-aqwa riżultat għall-football Kroat qabel ir-Russja: fejn saħansitra l-President tal-pajjiż Kolinda Grabar-Kitarovic ma qagħditx lura milli turi l-appoġġ sħiħ tagħha lit-team nazzjonali.

Miktub minn...
TVM Sport
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja. Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali…

Tazza tad-Dinja 2018

L-għada li ġew inkurunati champions ġodda tad-dinja, ritorn trijonfali fil-kapitali Pariġi għall-iskwadra nazzjonali Franċiża tal-football. Eluf kbar ta’ partitarji laqgħu l-iskwadra l-ajruport Charles de Gaulle imma l-akbar merħba lill-players u…

Tazza tad-Dinja 2018

Qabel saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u eventwalment it-tazza lir-rebbieħa, ingħataw midalji lill-plejers li ddistingwew ruħhom f’din l-edizzjoni tar-Russja 2018. Inċidentalment, il-plejers li rebħu l-unuri lagħbu mat-timijiet li waslu sas-semifinali ta’…

Aktar