Olimpijadi TOKYO 2020
Krystsina Timanouskaya titkellem għall-ewwel darba dwar dak li għaddejja minnu … tgħid li m’hemmx indħil politiku

L-atleta tal-Belarus Krystsina Timanouskaya tkellmet għall-ewwel darba dwar dak li għaddejja minnu f’Tokjo, meta kienet intervistata mill-istazzjon televiżiv Bild.

Fl-intervista, l-atleta tal-Belarus saħqet li d-deċiżjoni tal-Kumitat Olimpiku ta’ pajjiżha li ma titħalliex tikkompeti fil-200 metru tan-nisa, ma kellha xejn x’taqsam mal-politika, iżda kien hemm problemi oħra li nħolqu wara li m’għamlitiex mill-heat tal-100 metru.

Din kienet l-ewwel darba li Timanouskaya tkellmet fil-pubbliku wara li fis-sigħat li għaddew ingħatat protezzjoni fl-Ambaxxata Pollakka li hemm Tokjo, kif ukoll bdiet il-ħidma sabiex tfittex l-ażil fil-Ġermanja jew l-Awstrija.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA