Formula 1
Kuluri ġodda għall-Alfa Romeo fil-Grand Prix ta’ Monza

Kuluri ftit differenti għall-Alfa Romeo matul il-Grand Prix ta’ Monza tal-Ħadd li ġej.

Il-karozzi C41 tal-Alfa Romeo ser ikollhom kuluri differenti għal dan il-Grand Prix biss sabiex jikkomemmoraw il-111-il sena ta’ storja ta’ din il-karroza.

Id-disinn sar mill-uffiċċju Alfa Rome Centro Stile, bil-logo tal-111-il sena, u dan ser jikkumplimenta l-helmets u l-ħwejjeġ tas-sewwieqa nfushom.

Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva, Robert Kubica ser jieħu post Kimi Raikkonen li għandu l-Covid-19, bis-sewwieq l-ieħor, it-Taljan Antonio Giovonazzi qed jittama li jkollu tellieqa mill-aqwa f’pajjiżu.

Anke Giovonazzi ser ikollu xi ħaġa differenti mis-soltu, għaliex fuq il-helmet ser ikollu miktub, “moħħ mimli ħolm u ħajja mimlija kuluri.”

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA