Blackball
Kumitat ġdid għall-Federazzjoni Maltija tal-Blackball

Fl-ewwel jiem ta’ Settembru saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Federazzjoni Maltija tal-Blackball. Matul il-laqgħa ġew diskussi numru ta’ suġġetti u ġew approvati emendi fl-Istatut u fir-Regolamenti Ġenerali.

Il-President tal-Federazzjoni Jeffrey Farrugia ħabbar li ma kienx ser jikkontesta l-elezzjoni għal kumitat ġdid u għaldaqstant ma kienx ser jitfa’ n-nomina tiegħu. Fil-preżent, il-Federazzjoni Maltija tal-Blackball għaddejja minn proċess ta’ tiġdid sabiex tkun konformi mar-regolamenti tal-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Il-Kumitat tal-Federazzjoni Maltija tal-Blacball għas-sentejn li ġejjin ser ikun kompost minn:

President – Philip Gatt
Segretarju Ġenerali – Christopher Busuttil
Tezorier – Robert Attard
P.R.O. – Michel Curmi
Viċi Segretarju – Adrian Camilleri
Membri – John Bonnet, Alessio Magro u Lee Ryan Darmanin

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA