Futbol internazzjonali
Kumment ta’ Neymar iġibu fl-inkwiet mal-UEFA

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United.

Neymar li kien nieqes minħabba injury qed jiġi nvestigat wara li qal li l-VAR hija diżunur hekk kif Manchester United ingħataw penalty fl-aħħar minuta li bih eliminaw lil Paris St Germain. Jekk huwa jinstab ħati jista jeħel sa’ massimu ta’ tlett logħbiet sospenzjoni.

Il-coach ta’ Paris St Germain Thomas Tuchel wara l-logħba kien stqarr li jifhem ir-rabja ta’ Neymar u ddefenda l-kummenti tiegħu li skont hu saru fis-saħna tal-mument.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Bejn illejla u għada jintlagħbu t-tieni legs tas-semifinali tal-Coppa Italia. F’San Siro, illejla Milan jilqgħu lil-Lazio wara li fl-Olimpico fl-ewwel leg, il-konfront spiċċa fid-draw ta’ mingħajr gowls. Il-konfront tal-lejla ser…

Futbol internazzjonali

Tottenham H. 1 Brighton 0 Tottenham Hotspur resqu pass eqreb lejn post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej meta f’darhom għelbu lill-Brighton bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl kien skurjat fit-88 minuta…

Futbol internazzjonali

Billy McNeill, ex captain ta’ Celtic u l-ewwel Brittaniku li għolla t-Tazza Ewropea, miet fl-età ta’ 79 sena. McNeill mexxa lil Celtic fil-finali tal l-1967 meta dakinhar għelbu lil Inter…

Futbol internazzjonali

Atalanta għadhom qegħdin jittamaw li jakkwistaw post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej wara li lbieraħ filgħaxija għelbu lin-Napoli bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Napoli li fetħu l-iskor fit-28 minuta meta…

Aktar