Futbol lokali
Kunsill MFA: 60.81% jivvutaw li l-ebda tim ma jiġi relegat

L-ewwel vot li ttieħed illum wara nofsinhar fil-Kunsill tal-MFA kien dak favur li l-ebda tim ma jiġi relegat mill-ebda diviżjoni.

45 vot kien favur din il-mozzjoni mentri 18 ivvutaw li jkun hemm ir-relegazzjonijiet. 11-il vot ma ntefgħux.

B’hekk, Tarxien Rainbows FC, se jerġgħu jilagħbu fil-Kampjonat BOV Premier fl-istaġun li ġej.

Dan ifisser ukoll li l-ebda tim ieħor fid-diviżjonijiet l-oħra mhu se jkun relegat u li l-Kampjonat BOV Premier tal-istaġun li ġej se jkun b’16-il tim. Zejtun Cornthians FC u Lija Athletic FC ġew promossi għall-Kampjonat BOV Premier.

Il-mozzjoni li għaddiet kienet din:

Anness 2 – minkejja l-eżiti matematikament deċiżi, ma jkun hemm l-ebda relegazzjoni minn kwalunkwé Kampjonat.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Futbol lokali

Hekk kif il-ftuħ tal-istaġun tal-football 2020/21 bl-impenji tal-Clubs Maltin fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA riesaq iktar viċin, l-MFA fiċ-ċirkostanzi preżenti qed tħejji u tintensifika l-protokolli mediċi interni tagħha biex fl-eventwalita’ li l-Clubs Maltin…

Futbol lokali

Tmintax -il organizazzjoni mhux governattiva irċevew donazzjonijiet mill-Malta Football Association bħala parti mill-proġett ta’ Social responsibility : Football For Life programme. Dawk li rċevew id-donazzjonijiet kienu : Puttinu Cares, Dar…

Aktar