Futbol lokali
Kunsill MFA: Ftit minuti oħra ssir l-ewwel votazzjoni

Ftit minuti oħra se tkun qed issir l-ewwel votazzjoni fil-Kunsill tal-MFA tal-lum.

L-ewwel votazzjoni li l-membri tal-Kunsill se jkunu qed jivvutaw fuqha hi dwar din id-domanda:

Taqbel li l-eżitu sportiv tal-Kampjonati organizzati mill-MFA ikun skont Anness 1 jew skont dak fl-Anness 2?

Anness 1 – l-eżiti matematikament deċiżi jiġu segwiti (dan ifisser li timijiet li kienu matematikament relegati jiġu fil-fatt relegati)

Anness 2 – minkejja l-eżiti matematikament deċiżi, ma jkun hemm l-ebda relegazzjoni minn kwalunkwé Kampjonat.

B’dan il-vot se jkun deċiż jekk it-timijiet li matematikament kienu diġà relegati sa meta twaqqaf il-futbol, jibqgħux fl-istess diviżjoni li lagħbu f’dan l-istaġun jew jilagħbux f’diviżjoni inferjuri staġun ieħor.

TVMSport jinsab infurmat li Jesmond Abela, il-membru tal-Kunsill f’isem Hibernians FC, hu favur li Tarxien Rainbows FC ma jiġux relegati. Dan peress li l-vot se jkun jolqot lilhom biss u jekk jiġu relegati fl-Ewwel Diviżjoni, ikun ifisser li l-Kampjonat BOV Premier tas-sena d-dieħla jintlagħab bi 13-il tim u l-Ewwel Diviżjoni bi 15-il tim.

TVMSport jinsab infurmat ukoll li Michael Cutajar f’isem St George’s FC u Dr Ian Micallef, f’isem Gżira United FC qablu mal-intervent ta’ Abela.

Huwa fatt magħruf li Hibernians FC u Tarxien Rainbows FC huma rivali eterni fil-futbol Malti u l-partita ta’ bejniethom tkun dejjem meqjusa bħalha ‘d-derby tan-naħa t’isfel ta’ Malta’.

Kampjonat BOV Premier bi 13-il tim ikun ifisser li kull tmiem il-ġimgħa jkollna tim li ma jilgħabx.

TVMSport se jibqa’ jaġġornakom.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Futbol lokali

Hekk kif il-ftuħ tal-istaġun tal-football 2020/21 bl-impenji tal-Clubs Maltin fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA riesaq iktar viċin, l-MFA fiċ-ċirkostanzi preżenti qed tħejji u tintensifika l-protokolli mediċi interni tagħha biex fl-eventwalita’ li l-Clubs Maltin…

Futbol lokali

Tmintax -il organizazzjoni mhux governattiva irċevew donazzjonijiet mill-Malta Football Association bħala parti mill-proġett ta’ Social responsibility : Football For Life programme. Dawk li rċevew id-donazzjonijiet kienu : Puttinu Cares, Dar…

Aktar