Futbol lokali
Kunsill tal-MFA: Stabilita’ fil-kumitat ta’ Naxxar, każ doping Caruana u Futsal b’kampjonat b’9 teams biss

Illum sar l-ewwel kunsill tal-MFA wara l-laqgħa ġenerali annwali tal-istaġun 2017/18.

Mill-Kunsill ħareġ li jidher li hemm stabilita’ mill-ġdid fil-Club ta’ Naxxar Lions wara jiem ta’ spekulazzjoni jekk it-team kienx se jikkompeti fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-MFA. Wara li l-laqgħa ġenerali annwali ta’ dan il-Club kienet inkonklussiva issa Naxxar għandhom lil Simon Merceica bħala Segretarju ġdid bil-President Yahya Kirdi konfermat fil-kariga.

Fuq il-każ ta’ doping u s-sospensjoni ta’ erba’ snin tal-player ta’ Valletta u tat-team Nazzjonali Jonathan Caruana jidher li sa fl-aħħar il-każ tiegħu se jibda jinstema’ qudiem il-CAS il-Qorti Ewropeja tal-Arbitraġġ Sportiv. Sorsi viċin Valletta qalu lil TVM Sport li l-każ mistenni jinstema’ fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.

L-Amministrazzjoni tal-MFA resqet proposta sabiex ikunu riveduti l-prezzijiet tad-dħul għal-logħbiet tat-tieni u t-tielet diviżjoni fejn il-kunsill approva u dawn issa se jkunu ta’ €2.00 għall-adulti bl-anzjani u t-tfal jidħlu b’xejn. Il-Prezzijiet tal-Kampjonati Premier u l-ewwel diviżjoni se jibqgħu l-istess bħal tal-aħħar staġun.

Il-Kunsill kien infurmat li għada se jsir Referees Convention bil-parteċipazzjoni tal-uffiċjali tal-Clubs u Captains fejn se jkunu spjegati l-emendi fir-regolamenti l-ġodda.

L-Akbar diżappunt f’dan il-bidu tal-istaġun hu żgur il-fatt li l-MFA irċeviet biss 9 applikazzjonijiet minn teams sabiex jikkompetu fil-kampjoant tal-Futsal bil-konsegwenza li l-kampjoant se jkun jikkonsisti f’diviżjoni waħda. Intant il-Kunsill approva l-membri tal-bordijiet kollha fejn għall-ewwel darba l-board tal-appell se jkun kompost minn rapreżentanti tal-players u tal-Clubs biċ-Chairman Ronnie Cuschieri bħala newtrali.

Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo fil-laqgħa spjega għaliex il-logħbiet tal-kompetizzjonijiet tal-UEFA tat-teams maltin ma’ sarux fl-istadium nazzjonali hekk kif dan qal li peress li li l-wiċċ il-ġdid hu Hybrid ikun hemm bżonn ammont ta’ ġimgħat li fuqu ma jsirux logħob. Hu qal li fl-aħħar staġun intlgħabu fuq dan il-wiċċ xejn inqas minn 100 logħba.

Darmanin Demajo sellem il-memorja ta’ Richie Casha ex referee u ta’ Godfrey Pecorella ex teżorier u eks Viċi President tal-YFA li ħallew din id-Dinja fl-aħħar sigħat.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Jekk il-Malta Football Association mhux se tiltaqa’ mal-Malta Referees Association biex jiddiskutu l-pagamenti tar-referees lokali, il-partiti li jaqgħu taħt il-kappa tal-MFA, tal-25, tas-26 u tas-27 ta’ Jannar li ġej, se…

Futbol lokali

Tħabbret il-mewt ta’ Salvu Gatt, ex plejer ta’ Hibernians FC. Gatt kien plejer ta’ Hibernians FC u parti mill-iskwadra ta’ Raħal Ġdid li fil-passat lagħbu kontra Manchester United u Real Madrid. Sal-aħħar żmien ta’…

Futbol lokali

Brandon Paiber, l-ex plejer ta’ Hamrun Spartans FC u Hibernians FC, illum isir plejer ta’ Floriana FC. Paiber beda dan l-istaġun ma’ Santa Luċija FC u kien diġà skurja tliet…

Aktar