Futbol internazzjonali
Kuntratt ġdid għal Ansu Fati ma’ Barcelona bi klawżola ta’ rilaxx ta’ €1 biljun

Iż-żagħżugħ ta’ Barcelona Ansu Fati ser jiffirma kuntratt ġdid mal-klabb li ser iżommu fi Nou Camp sal-2027. L-Ispanjol ta’ 18-il sena ser jiffirma kuntratt, li bħal ta’ Pedri, għandu klawżola ta’ rilaxx ta’ €1 biljun.

Ansu Fati lagħab għall-ewwel darba mat-tim tal-kbar f’La Liga meta kellu 16-il sena, u sar it-tieni l-iżgħar plejer ta’ kull żmien li qatt lagħab fil-kampjonat Spanjol. Barra minn hekk, huwa l-iżgħar skorer f’La Liga u fiċ-Champions League.

Fis-sajf li għadda Fati ħa l-flokk numru 10, li kien jilbes Lionel Messi. Aktar tard illum mistennija konferenza tal-aħbarijiet fejn ser jingħataw id-dettalji tal-kuntratt il-ġdid.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA