Basketball
Kurt Cassar se jerġa’ jilgħab għal staġun ieħor fl-Italja

Il-player żagħżugħ Malti tal-Basketball Kurt Cassar għadu kif laħaq ftehim mat-team tal-A2 fl-Italja Agribertocchi. Cassar li bħalissa jinsab Malta lura mal-familja tiegħu wara perjodu twil ta’ lock down f’Turin l-Italja mistenni jibda l-pre season mat-team taljan fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru. Agribertocchi baqgħu fl-A2 l-istaġun li għadda wara li meta twaqqfu l-kampjonati ma’ kien hemm ebda rebbieħ, promozzjoni jew relegazzjoni fil-kampjonati kollha.

Kurt Cassar għandu 21 sena u jifforma parti mit-team Nazzjonali Malti tal-Basketball tal-kbar. Hu lagħab diġa’ barra minn Malta ma’ Stella Azzura ta’ Ruma, ma’ Piacenza u ma’ Torino dejjem fl-Italja. Fil-passat Cassar ħa sehem f’Camp Internazzjonali mtella’ mill-NBA u l-FIBA bl-isem ta’ Basketball Without Borders fejn hemm il-potenzjal tiegħu kien innotat minn diversi coaches ewropej.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.