Futbol internazzjonali
Kwalifikazzjoni Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2023: Malta – Bożnja Ħerż. it-Tlieta fis-18:30 diretta fuq tvm.com.mt/sport

It-Tim Nazzjonali Malti tan-Nisa tal-Futbol għada t-Tlieta jkun impenjat fit-tieni logħba mill-Grupp ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tas-sena 2023 tal-FIFA.

Il-Maltin għada jaffrontaw lil Bosnia-Herzegovina fis-Centenary Stadium, logħba minn grupp E li tibda fis-18.30 u se tkun qed tixxandar permezz ta’ streaming fuq tvm.com.mt/sport.

Fl-ewwel logħba minn dan il-Grupp ta’ kwalifikazzjoni l-Maltin tilfu 7-0 kontra d-Danimarka filwaqt li l-Bożnja tilfu 3-2 kontra l-Montenegro.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.