Futbol internazzjonali
Kwalifikazzjonijiet EURO 2020: Il-Fillandja tikseb kwalifikazzjoni storika

F’aktar logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2020, mill-grupp ta’ Malta, fil-konfront dirett għal min jiġi fit-tieni post, l-Iżvezja għelbet lir-Rumanija 2-0 barra minn darha sabiex aċċertat ruħha mill-kwalifikazzjoni. Kien Marcus Berg li fetaħ l-iskor għall-Iskadinavi sabiex fl-34 minuta Robin Quaison irdoppja l-iskor għat-tim tiegħu.

In-Norveġja ixxalaw u għelbu lill-Gżejjer Faroe bl-iskor ta’ 4-0. Kienu Tore Reginiussen u Iver Fossum li stabbilixxew żewġ gowls vantaġġ wara tmien minuti logħob sabiex fit-tieni taqsima, daħal fix-xena l-attakkant Alexander Soerloth li skorja doppjetta bejn it-62 u l-65 minuta.

Minn Grupp J waslet il-kwalifikazzjoni storika tal-Fillandja wara r-rebħa tajba ta’ 3-0 li kellhom f’Helsinki kontra l-Liechtenstein.

It-tliet gowls li daħħlu lill-Fillandiżi fil-kotba tal-istorja ġew skorjati minn Jasse Tuominen u doppjetta fit-tieni taqsima ta’ Teemu Pukki.

Sadanittant l-Italja mmexxija minn Roberto Mancini kisbet id-disa’ rebħa minn daqstant partiti meta fil-Bilino Podje Stadion għelbu lil Bożnja bl-iskor ta’ 3-0. Francesco Acerbi u Lorenzo Insigne skorjaw żewġ gowls fl-ewwel taqsima sabiex l-attakkant ta’ Torino Andrea Belotti żied ieħor għat-Taljani li baqgħu jżommu r-rekord perfett fil-grupp.

Greċja telgħu fit-tielet post tal-klassifika tal-istess grupp wara rebħa ta’ 1-0 barra minn darhom kontra l-Armenja. Il-gowl importanti għall-Griegi ġie skorjat minn Dimitrios Limnios fl-34 minuta.

Finalment fi Grupp D, id-Danimarka għamlu pass eqreb lejn il-kwalifikazzjoni meta kisbu rebħa kbira ta’ 6-0 kontra Ġibilta’. Id-Daniżi kellhom lill-attakkanti prolifiċi Christian Eriksen u Robert Skov li skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Christian Gryskjaer u Martin Braithwaite żiedu żewġ gowls oħra għall-Iskandinavi.

Anke Żvizzera se jkunu qed jikkontendu l-kwalifikazzjoni tagħhom fl-aħħar ġurnata grazzi għar-rebħa prezzjuża ta’ 1-0 li kisbu f’darhom. Kien Cedric Itten li sab ix-xibka fis-77 minuta għall-Iżvizzeri.

 

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-klabb Spanjol ta’ Real Betis ħatru lil Manuel Pellegrini bħala l-kowċ tagħhom. Pellegrini ffirma kuntratt ta’ tliet snin mat-tim ta’ La Liga. L-ex kowċ ta’ Real Madrid, Manchester City u…

Futbol internazzjonali

Wara l-partita tal-bieraħ kontra Bournemouth, Jose Mourinho, manager ta’ Tottenham niżel għall-konferenza tal-aħbarijiet ta’ wara l-partita iżda din ma damitx wisq. Jidher li waqt il-konferenza żviluppat ħsara teknika fis-sound, tant…

Futbol internazzjonali

Il-captain ta’ Liverpool Jordan Henderson mhux se jilgħab għall-kumplament tal-istaġun minħabba injury fl-għaksa. Liverpool fadallhom jilagħbu erba’ partiti sakemm jingħataw it-trofew għat-titlu ta’ champions. Minkejja dan, Henderson se jkun qed…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofsinhar, f’Nyon, fl-Iżvizzera, ittellgħu l-poloz tal-UEFA Europa League mill-kwartit tal-finali ’l quddiem. Wolfsburg jilagħbu kontra Shakhtar Donetsk u r-rebbieħ bejn dawn jilgħab kontra r-rebbieħ bejn Eintracht Frankfurt u…

Aktar