Futbol lokali
Kwalifikazzjonijiet Euro 2020: illum Rumanija – Malta
Diretta fuq TVM2 fis-18:00

Wara telfa ta’ 2-0 man-Norveġja f’Oslo nhar il-Ħamis, it-team nazzjonali Malti llum jiffaċċja lir-Rumanija fi Ploiesti fis-sitt partita minn Grupp F ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat UEFA Euro 2020.

It-telfa man-Norveġja kienet ir-raba’ waħda għal Malta fil-grupp wara riżultati negattvi ma’ Spanja u l-istess Rumeni f’Ta’ Qali, u away mal-Iżvezja. It-team Malti kien fetaħ b’rebħa ta’ 2-1 mal-Gżejjer Faroe f’Ta’ Qali.

Meta tkellem mal-ġurnalisti lbieraħ, il-coach Ray Farrugia stqarr li mar-Rumanija se tkun partita diffiċli oħra, b’danakollu t-team huwa ppreparat sew u jittama f’wirja aħjar minn kontra n-Norveġja.

Farrugia feraħ lit-team nazzjonali ta’ taħt il-21 sena għad-draw fl-Irlanda ta’ Fuq u qal li riżultati bħal dawn jawguraw tajjeb għall-futur tal-football Malti.

Rumanija – Malta diretta fuq TVM2 fis-18:00.

Mill-istess grupp illum fid-20:45 jilagħbu Spanja – Gżejjer Faroe, u Żvezja – Norveġja.

Klassifika wara ħames logħbiet: Spanja 15, Żvezja 10, Norveġja 8, Rumanija 7, Malta 3, Gzejjer Faroe o.

L-ewwel żewġ timijiet jgħaddu għall-finali ta’ Euro 2020 is-sajf li ġej.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Senglea A…..2 St Lucia……..5 L-ewwel azzjoni tal-partita tara lil Santa Lucia imorru fil-vantaġġ meta freekick ta’ Jamie Zerafa bil-ballun fuq ras Bohrer li tefa’ lejn Corriea…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER Birkirkara …………………2 Hibernians…………………1 Birkirkara komplew bir-riżultati pożittivi tagħhom meta f’logħba ferm mistennija huma għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2-1. Birkirkara kien għadhom kemm ġabru 14-il punt fl-aħħar…

Futbol lokali

Kampjonat BOV Premier 2019/20 Gudja….0 Balzan…2 Balzan jitilgħu jokkupaw is-7 post tal-klassifika hekk kif irnexxilhom jirbħu lit-team ta’ Gudja. L-ewwel azzjoni tal-partita tasal mas-6 minuti logħob meta pass ta’ Winchester…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Mosta……..2 Ħamrun S…1 Fl-ewwel logħba tas-Sibt fl-Istadium Nazzjonali, Mosta għelbu lil Ħamrun Spartans 2-1, biex b’hekk ħadu rebħa wara żewġ telfiet konsekuttivi. Għal Ciaramella din kienet…

Aktar