Motorsport, Sport Lokali
Kwart ta’ Mil – Rekord Nazzjonali għall-Isportiv tas-sena 2016 Duncan Micallef

RAPPORT – Rodney Vassallo.. RITRATT – Ruth Galea

Motorsport

Fl-ewwel rawnd tal-Kampjonat tal-Kwart ta’ Mil fuq it-Track tad-Drag Racing f’Hal Far, fuq Fuel Dragster l-Isportiv tas-Sena elfejn u Sittax Duncan Micallef kiser ir-Rekord Nazzjonali tat-Trakka meta saq l-elf pied f’erba sekondi punt żero tlieta …. b’veloċita massima ta’ ftit anqas minn tliet mija u erba’ mili fis-siegħa.

Għal Duncan Micallef dan kien test tajjeb qabel jieħu sehem fil-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing.

Sadanittant il-mutur preparat minn Simon Giordmaina u misjuq minn Franklyn Borg kiser rekord ieħor għal Malta fis-Super Street f’ħin ta’ sitt sekondi punt disgħa disgħa.

Anke ż-żagħżugħ ta’ tmintax-il sena Luke Mizzi saq Dragster għall-ewwel darba u għamel ħin rekord ukoll ta’ sitt sekondi punt disgħa disgħa.

Rekord Nazzjonali ukoll minn Garry Camilleri fuq l-Escort tiegħu b’magna Rotary.

Fost in-Nisa Chantelle Zammit ukoll kisret ir-rekord personali tagħha meta fuq karozza Escort għamlet il-Kwart ta’ Mil f’ħin tajjeb ħafna ta’ għaxar sekondi punt disgħa.

Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Sim Racing Malta li hu tim dinamiku u professjonali dalwaqt se jkunu qed iniedu kampjonati online. Wara xhur sħaħ ta’ impenn u dedikazzjoni kbira rnexxielna nfasslu sistema ta’ kampjonati online….

Motorsport

Is-Segretarjat Parlamentari resonsabbli mill-Isport Clifton Grima ta’ rikonoxximent lil Duncan Micallef il-European Top Fuel Drag Racing Champion wara li riċentament rebaħ il-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing f’Santa Pod fir-Renju Unit. Is-Segretarju…

Motorsport

Michael Schumacher, l-ex sewwieq tal-Formula 1, ittieħed mill-isptar fil-Ġermanja fejn qiegħed ikun rikoverat għal sptar ieħor fl-Istati Uniti, f’Texas, Dallas, fejn il-familja għandha wkoll villa tagħha. Il-gazzetta Ġermaniża ‘Bravo’, dalgħodu…

Motorsport

Motocross: 28 kompetitur ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tas-SaturdayNightMX kompetizzjoni organizzata mill-Asoċjazzjoni Għawdxija tal-Motocross li kient miftuħa kemm għal riders Għawdxin u anke Maltin. Ir-rebbieħ fi klassi A kien Kyle Camilleri…

Aktar