Futbol internazzjonali
Kyle Walker se jkun immultat minn Manchester City talli stieden żewġ prostituti f’daru u kiser il-Liġi tad-distanza

Kyle Walker se jkun qed jiffaċċja passi dixxipplinari mill-klabb tiegħu Manchester City wara li kiser il-liġi tad-distanza.

Walker inqabad jagħmel festin id-dar tiegħu fil-jiem li għaddew fejn stieden lil sieħbu u żewġ nisa prostituti.

L-istorja ħarġet fil-gazzetta Ingliża The Sun.

Id-difensur tal-Ingilterra ammetta mill-ewwel u skuża ruħu għal dak li għamel.

Walker skuża ruħu pubblikament u qal li bħala plejer professjonali tal-futbol u bħala ‘role model’ għandu jagħti eżempju u mhux iħajjar lin-nies jagħmlu xi ħaġa li ma tistax issir.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Ġew antipati d-dati taż-żewġ logħbiet tat-tieni legs tas-semi finali tal-Coppa Italia tal-istaġun 2019/20 Id-dati riveduti huma dawn: Il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju Semifinali Juventus-Milan (l-ewwel leg 1-1) Is-Sibt 13 ta’ Ġunju,…

Futbol internazzjonali

Ħmistax -il partitarju tat-team ta’ Genoa li kollha jiffurmaw parti minn gruppi tal-Ultras se jkunu akkużati u se jitressqu l-Qorti talli fl-aħħar snin kienu jintimidaw u jheddu lill-ufiċjali tal-Club fosthom…

Futbol internazzjonali

Hekk kif illum mistennija joħorġu l-fixtures riveduti għat-tkomplja tal-kampjonat Premier Igliż ġie approvat ir-regolament tal-ħames sostituzzjonijiet f’kull logħba. Il-Premier League approva wkoll li kull team jista’ jniżżel fuq il-bank tas-sostituti…

Futbol internazzjonali

Chelsea laħqu ftehim fil-prinċipju mal-plejer Ġermaniż Timo Werner li jilgħab ma’ RB Leipzig. Skont Sky Sports, fil-15 ta’ Ġunju li ġej, tiskadi l-klawsola tar-release tal-plejer li tgħid li jridu jitħallsu…

Aktar