Futbol internazzjonali
Kylian Mbappe jista’ jdum diversi xhur barra minħabba injury

L-attakkant Franċiż ta’ Paris St Germain, Kylian Mbappe, jista’ jdum xhur sħaħ barra mil-logħob wara l-injury li sofra fil-finali tat-Tazza Franċiża li ntlagħbet nhar il-Ġimgħa.

Iktar tard illum, it-tobba kkonfermaw li se jsir l-aħħar test fuq sieq il-plejer tlett ijiem oħra.

Loic Perrin, il-captain u defender ta’ St Etienne, kellu daħla kerha ħafna dirett fuq l-għaksa tal-plejer Franċiż ta’ 21 sena, liema daqqa ħalliet lil Mbappe fl-art u swietu karta ħamra diretta.

Paris St Germain rebħu l-finali 1-0 b’gowl tal-Brażiljan Neymar.

Huma jmisshom jilagħbu fil-UEFA Champions League kontra Atalanta f’Lisbona fit-12 ta’ Awwissu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-kampjonat tal-Peru ġie sospiż ġurnata wara li beda wara li l-partitarji tal-futbol fil-pajjiż naqsu li jobdu r-regolamenti u l-Liġijiet marbuta mal-COVID-19. Il-kampjonat fil-Peru ilu sospiż ħames xhur. Mijiet ta’ partitarji…

Futbol internazzjonali

Il-plejers tat-tim nazzjonali tal-Kamerun li pparteċipaw fit-Tazza tad-Dinja tal-1990 li kienet saret fl-Italja se jingħataw dar bħalha kumpens għall-wirjiet kbar li kienu għamlu. Din id-dar kienet imwegħda lil kull plejer…

Futbol internazzjonali

Il-plejer Brażiljan Willian ikkonferma li se jitlaq lil Chelsea wara seba’ staġuni. Willian iddeskrieva dawn is-seba’ snin fi Stambford Bridge bħala ‘eċċezzjonali’. Il-plejer ta’ 32 sena kkonferma din l-aħbar fil-profil…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League 2019/20 Fażi tal-aħħar 16 – It-Tieni Leg Barcelona u Bayern Munich għaddew għall-fażi tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League tal-istaġun 2019/20 hekk kif għaddew bl-aggregates kontra Napoli u…

Aktar