Futbol internazzjonali
Kyrian Nwoko jidebutta fl-ogħla diviżjoni fl-Irlanda ma’ St Patrick’s Athletic FC

L-attakkant internazzjonali Malti Kyrian Nwoko il-bieraħ ddebutta fl-ogħla diviżjoni tal-futbol fl-Irlanda. Il-player li hu akkwist ġdid ta’ St Patrick’s Athletic FC kien introdott bħala sostitut, fis-87 minuta, meta St Patrick’s Athletic FC kienu diġa’ 3-1 minn taħt kontra l-leaders tal-kampjonat, Shamrock Rovers F.C. Nwoko mar b’self mat-tim Irlandiż sa Ġunju tas-sena 2022 b’option għal-Club Irlandi li jixtri mingħand Valletta FC il-player għal kollox.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.