Futbol lokali
L-10 ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier – tispikka Gżira UTD kontra Valletta

Bejn illum u nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab l-għaxar ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier, bil-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa tintlagħab illejla fl-Istadium Nazzjonali. Fis-7pm, Gżira UTD ser jilagħbu kontra Valletta, konfront li jista’ jara ċaqliq fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika, jekk kemm-il darba l-Beltin joħorġu rebbieħa, jew inkella Gżira jkomplu jsaħħu posthom fil-quċċata jekk jieħdu it-3 punti huma. Dro bejniethom jista’ jfisser li Hibernians ukoll jispiċċaw fuq quddiem sal-Ħadd li ġej, għaliex jilħqu lil Gżira United u jaqbżu lill-Valletta.

Il-logħob kollu ta’ tmiem il-ġimgħa huwa dan:

Illejla – Stadium Nazzjonali

19:00  Gżira UTD – Valletta

Għada – Centenary Stadium

14:00  Ħamrun S. – Senglea A.

16:15  Tarxien R. – Balzan

Għada – Hibernians Stadium

14:00  St Andrews – Pietà H.

16:00  Sliema W. – Qormi

Il-Ħadd – Stadium Nazzjonali

14:00  Floriana – Mosta

16:00  Hibernians – Birkirkara

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Football lokali: kampjonat BOV tat-tieni diviżjoni: Mġarr Utd qabżu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika b’rebħa ta’ 1-0 fuq il-leaders ta’ qabel Birżebbuġa. Il-goal importanti għal Mġarr skurjah Jamie Lee Micallef wara 10…

Futbol lokali

Mosta wkoll se jkunu mmexxija minn coach ġdid meta jiffaċċjaw lil Birkirkara fl-ewwel partita li jmiss tal-kampjonat. Il-club Mosti llum ħabbar li l-kumitat laħaq ftehim mal-coach Taljan Enrico Piccioni biex…

Futbol lokali

F’Durres, l-Albanija: it-team nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena tilef 2-0 f’partita ta’ ħbiberija maż-żgħażagħ Albaniżi tal-istess eta’. Għall-Albanija l-goals ta’ Hebaj fl-34, u Imeri minn penalty minuta mill-mistrieħ. Fit-tieni…

Futbol lokali

Il-coach tat-team nazzjonali Malti Ray Farrugia trankwill lejlet il-partita kontra l-Kosovo: konxju mill-qawwa tal-avversarji imma konvint li l-players tiegħu se jagħmlu l-parti tagħhom. Malta tilgħab kontra l-Kosovo għada filgħaxija fl-Istadium…

Aktar