Futbol internazzjonali
L-addio ta’ De Rossi …. lil Roma

Il-player ta’ nofs il-grawnd Daniele de Rossi se jtemm karriera ta’ 18-il sena ma’ Roma meta jilgħab l-aħħar partita tal-istaġun kontra Parma. Hu ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li ta dalgħodu. B’kollox De Rossi deher 615-il darba ma’ Roma u skorja xejn anqas minn 63 goal f’kull kompetizzjoni. Il-player li rebaħ it-tazza tad-dinja mat-tim nazzjonali Taljan qal li beħsiebu jkompli jilgħab u qed jittama li jissieħeb ma’ team ieħor.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-partita li ntlagħbet kmieni llum, Arsenal għelbu lil Burnley bi skor ta’ 2-1. Lacazette fetaħ l-iskor fit-13-il minuta u Barnes ġab il-gowl tad-draw żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Il-Gunners…

Futbol internazzjonali

Mario Balotelli, l-attakkant kontroversjali Taljan, se jsir plejer ta’ Brescia fis-sigħat li ġejjin. Jidher li matul il-lejl li għadda, sar ftehim bejn il-President Massimo Cellino u l-aġent tal-plejer Mino Raiola…

Futbol internazzjonali

L-ex kowċ nazzjonali tan-Niġerja, Samson Siasia, ġie sospiż għal għomru mil-logħba tal-futbol wara li nstab ħati ta’ match-fixing. Fi stqarrija, il-FIFA qalet li Siasia nstab ħati mill-Kumitat tal-Etikà, li aċċetta…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Barcelona, Philippe Coutinho, mistenni jiċċaqlaq u jmur sena b’self fil-Ġermanja ma’ Bayern Munich. Din l-aħbar ikkonfermawha ċ-champions Spanjoli stess. Ilbieraħ Coutinho vjaġġa mal-iskwadra f’Bilbao għall-ewwel partita tal-kampjonat li…

Aktar