Futbol internazzjonali
L-Addio ta’ Marchisio lil Juventus wara 25 sena

Il-Player ta’ Juventus Claudio Marchisio se jinħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Juventus wara karriera ta’ 25 sena ma’ dan il-Club.

Marchisio lagħab dejjem mal-Club minn Turin għal 25 sena konsekuttivi bil-flok ta’ Juventus bl-eċċezzjoni ta’ sena waħda biss meta fl-istaġun 2007/08 hu kien misluf għall-esperjenza fis-Serie A ma’ Empoli.

Marchisio kien fadallu kuntratt ta’ sentejn oħra ma’ Juventus fejn kien qed idaħħal €3.2 miljun netti fis-sena.

Hu maħsub li l-player jista’ jingħaqad ma’ Montreal Impact fl-MLS fejn qed jilgħab Giovinco.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż: Żewġ partiti interessanti li ntlagħbu llum: Fid-derby ta’ Londra, draw ta’ mingħajr gowls bejn West Ham u Chelsea f’partita li minkejja li t-tim ta’ Sarri kellu l-aktar…

Futbol internazzjonali

Gianni Infantino, President tal-FIFA, qal lill-kowċis minn madwar id-dinja kollha li l-VAR li ġiet introdotta fit-Tazza tad-Dinja li għaddiet se tibqa’ tintuża fil-kompetizzjonijiet futuri tal-FIFA fis-snin li ġejjin. Infantino kien…

Futbol internazzjonali

Kampjonat Taljan, Serie A: Erba’ partiti li ntlagħbu l-Ħadd wara nofsinhar mill-ħames ġurnata. Napoli ħadu rebħa tajba u importanti meta barra minn darhom għelbu lil Torino bi skor ta’ 3-1….

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż 2018/19 Riżultati mis-6 ġurnata Fulham 1 – 1 Watford Burnley 4 – 0 AFC Bournemouth Cardiff City 0 – 5 Manchester City Crystal Palace 0 – 0…

Aktar