Futbol lokali
L-aħħar logħba għat-Team Manager tat-tim nazzjonali Malti Ivan Vella

L-aħħar logħba ta’ Grupp F bejn Malta u n-Norveġja mhijiex biss l-aħħar waħda għat-tim nazzjonali fil-fażi tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2020, imma hija wkoll l-aħħar waħda għat-Team Manager Ivan Vella. Fil-ġimgħat li għaddew Ivan Vella kien diġa’ ħabbar li se jieqaf mill-kariga ta’ Team Manager wara l-aħħar logħba ta’ Malta fi Grupp F. Vella ilu għal diversi snin jokkupa l-kariga ta’ Team Manager, tant li ħadem taħt tliet Presidenti differenti tal-MFA, Joe Mifsud, Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo.

B’kollox Ivan Vella kien Team Manager tan-nazzjonal f’148 logħba internazzjonali u aktar kmieni llum, il-captain ta’ Malta Michael Mifsud ippreżenta flokk kommemorattiv lil Ivan Vella.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Sitt gowls ta’ Zvezdan Vukovic għenu lil White Eagles jirbħu s-Super Cup  organizzata mill-Malta MiniFootball Association meta fil-grawnd tal-Marsa huma għelbu lil United Stars bl-iskor ta’ 10-7. Din kienet l-aħħar…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali ta’ Malta tat-tim tan-nisa Emma Louise Lipman ingħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio. Lipman iffirmat kuntratt ta’ sena, b’opzjoni li jiġġġedded. Lipman twieldet fl-Ingilterra iżda għanda dixxendenza Maltija u…

Futbol lokali

L-ex plejer ta’ Hamrun Spartans, il-Brażiljan Leandro Motta, se jkun qed jilgħab fil-flokk ta’ Santa Lucia mill-istaġun li ġej. Motta kien lagħab ma’ Hamrun Spartans taħt it-tmexxija tal-kowċ Jacques Scerri….

Futbol lokali

L-ex plejer ta’ Hibernians, Sliema Wanderers u Gudja Utd, Jackson Lima sar plejer tal-klabb tal-Ewwel Diviżjoni Marsa. Il-midfielder Brażiljan, fl-istaġun li għadda lagħab f’Għawdex ma’ Xewkija Tigers FC. Lima ta’…

Aktar