Olimpijadi TOKYO 2020
L-aħħar sigħat qabel it-torċa olimpika tasal fl-Istadium Olimpiku ta’ Tokjo

It-torċa olimpika kompliet bl-aħħar sigħat tal-vjaġġ tagħha qabel ma nhar il-Ġimgħa tasal fl-Istadium Olimpiku ta’ Tokjo għaċ-ċerimonja inawgurali. Matul il-ġurnata tal-bieraħ numru ta’ persuni nġabru sabiex isegwu l-mixja tagħha, filwaqt li numru ta’ persuni ġarrewha għal ftit metri kull wieħed.

Ir-relay bit-torċa olimpika għaddiet minn kull tip ta’ problemi fl-aħħar xhur, fejn kien hemm mumenti fejn spiċċat ‘il bogħod minn għajnejn il-pubbliku, u f’xi reġjuni qas biss daħlet minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Matul l-aħħar xhur kien evidenti kif ħafna Ġappuniżi ma qablux li l-Olimpjadi jsiru, sentiment li kompla jikber aktar kemm qorob il-logħob innifsu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA