Futbol internazzjonali
L-appell ta’ Leeds United kontra l-karta l-ħamra li qala’ Pascal Struijk ma jintlaqgħax

L-appell ta’ Leeds United kontra l-karta l-ħamra li qala’ Pascal Struijk fil-partita tal-Ħadd li għadda kontra Liverpool ma ntlagħqax.

Struijk għamel tackle kerha fuq Harvey Elliot biż-żagħżugħ ta’ 18-il sena ta’ Liverpool li kellu joħroġ mill-pitch b’mod urġenti.

Elliottkien operat lbieraħ u skont it-tabib ta’ Liverpool hu mistenni jirritorna għal-logħob aktar tard dan l-istaġun.

Miktub minn...
TVM Sport