Sparar bil-qaws
L-Archery Association of Malta b’sehem f’kompetizzjonijiet internazzjonali

Kontinġent mill- Archery Association of Malta ħa sehem f’żewġ kompetizzjonijiet internazzjonali bejn it-18 ta’ Ottubru u l-4 ta’ Novembru. It-team intagħżel fil-bidu tas-sajf minn meta training intensiv beda bi preparamenti għal dawn il-kompetizzjonijiet. It-team ipparteċipa fi tlett kategoriji ta’:

  • Compound Men b’Daniel Schembri, Patrick Zammit u Ryan Zammit
  • Recurve Women b’Michelle Abela
  • Recurve Junior Men b’Jeremy Bartolo

Hawn John Schembri kien il-Head Coach. F’Messkirch, il-Ġermanja, it-team mar tajjeb hekk kif Daniel Schembri ġab 559, Patrick Zammit 557 u Ryan Zammit ġab 542. Michelle Abela (b’ 548) u Jeremy Bartolo (b’ 493) ġew fl-ewwel u t-tieni post fil-kategoriji rispettivi tagħhom. Għaxar t’ijiem wara, ġewwa Ċipru, it-team kellu jispara f’kundizzjonijiet ta’ riħ ferm diffiċli u qalb kompetizzjoni qawwija. It-team tal-Compound (D.Schembri/P. Zammit/R.Zammit) mar tajjeb ħafna bir-rebħ tat-tieni post fil-Compound Men Team Event u r-rebħ tat-tielet post fir-Recurve Mixed Event. Fl-isparar individwali, Ryan Zammit rebaħ lis-seed numru wieħed tat-tournament.

L-Archery Association of Malta hija sodisfatta ħafna bil-policy li qabdet fir-rigward tal-preparazzjoni ta l-atleti tagħha u l-esperjenzi li dawn qed jieħdu bil-parteċipazzjoni f’tournaments internazzjonali ta’ kalibru għoli. Dan ix-xogħol għaddej u se jkompli taħt il-gwida tal-head coach John Schembri, b’ippjanar u twettiq ta’ strateġija teknika għas-sena d-dieħla.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.