L-ASA b’numru ta’ deċiżjonijiet dixxiplinari

Waterpolo lokali: L-ASA l-Aquatic Sports Association ħabbret numru ta’ sentenzi ta’ dixxiplina li jaffetwaw numru ta’ Clubs lokali.

Is-Segretarju Ġenerali Marco Mannara kkonferma li l-Bord tad-Dixxiplina ta’ deċiżjoni ta’ ġimgħa sospensjoni lil Coach ta’ Sliema Vince Balasz u ġie multat ukoll EUR174 wara protesti esaġerati mar-referess fi tmiem il-logħba Sliema kontra Sirens.

Fl-istess logħba kien dixxiplinat ukoll il-player ta’ Sliema John Brownrigg hu kien imultat EUR47.

Dixxiplina wkoll fil-konfront tal-player ta’ Valletta Michael Rizzo fejn ġie multat EUR95 wara kummenti fil-konfront tar-referees waqt il-logħba Valletta kontra Neptunes.

L-istess akkuża wkoll fil-konfront tal-coach ta’ Otters Sean Zamit b’dan jeħel multa ta’ EUR58 wara disrispet li wera waqt il-logħba fejn ġie mkeċċi waqt il-logħba Otters kontra Exiles.

U sospensjoni wkoll ta’ ġimgħa li waslet waqt logħba ta’ taħt l-20 sena bejn Neptunes u Sirens fejn il-coach ta’ Sirens Bogdan Rath weħel sospensjoni ta’ ġimgħa minn kull attivita’ tal-ASA u multa ta’ EUR95 wara li għajjar u kellem b’mod dispreġjattiv lir-referees wara l-logħba.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Atletika

Wara li nhar is-Sibt li għadda l-kompetizzjonijiet tal-atletika f’pajjiżna rritornaw b’għadd ta’ riżultati tajbin, il-Malta Amateur Athletic Association se tkun qed terġa’ tilqa’ lill-atleti fit-trakka tal-Marsa llejla fit-tieni avveniment tagħha…

Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Aktar