Għawm
L-ASA l-ewwel assoċjazzjoni sportiva b’appell imqanqal biex jinfetħu l-faċilitajiet sportivi

L-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku l-ASA fi stqarrija qed tagħmel appell lill-awtoritajiet tas-Saħħa sabiex hekk kif se jiġu rilaxxati aktar miżuri fosthom bil-ftuħ ta’ aktar attivita’ kummerċjali bħal restaurants, nail technicians u hairdressers ikun hemm rilassament ukoll fuq il-miżuri stretti imposti fuq l-attivita’ sportiva għall-atleti.

L-ASA qalet li tinsab lesta li hekk kif tingħata indikazzjoni li l-pixxini fil-pajjiż jistgħu jiftħu hi se tkun qed timplimenta l-protokol internazzjonali approvat li qed tgħid diġa’ jinsab għandha.

Filwaqt li rringrazzjat lill-dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa għax-xogħol siewi li għamlu sabiex tkun kontrollata s-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’Malta, l-ASA għamlet diversi mistoqsijiet oħra lill-Awtoritajiet fosthom għaliex in-nies qed jitħallew imorru fuq il-bajjiet u jgħumu u l-għawwiema u l-players tal-waterpolo ma jistgħux jittrenjaw fil-Clubs tagħhom jew fil-Pixxina Nazzjonali. L-ASA ġabet l-eżempju wkoll tal-kaċċa fejn tenniet li jekk il-kaċċa hija kkunsidrata bħala sport, staqsiet għaliex dan l-isport biss tħalla jiġi prattikat.

L-ASA qalet ukoll li tinnota kif sfortunatament minkejja li diversi restaurants anke f’dawn l-aħħar ġimgħat tħallew joperaw billi joffru s-servizz ta’ take away, ir-restaurants fil-faċilitajiet sportivi b’mod partikolari dawk tal-waterpolo ma’ tħallewx joperaw. Dan qalet l-ASA se jkollu konsegwenzi finanzjari kbar fuq il-futur tal-Clubs tal-waterpolo u tal-għawm li jiddependu għal kollox mill-kirjiet ta’ dawn l-operaturi.

Din l-istqarrija kienet iffirmata b’mod kunġunt mill-President u s-Segretarja tal-ASA Joe Caruana Curran u Rita Azzopardi rispettivament.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

L-ASA għadha kemm ippublikat il-fixtures riveduti tagħha għall-kontinwazzjoni tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat BOV Premier finali li se tkun fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. Skond il-fixtures riveduti l-ewwel logħba bejn…

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Aktar