Motorsport
L-ASMK tiftaħ kampjonat ieħor tal-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2017/2018.

Nhar il-Ħadd 5 ta’ Novembru 2017 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tiftaħ Kampjonat ieħor tal-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Is-Sezzjoni Karozzi Autocross għal darb’oħra ser ikollha zewġ klassijiet dik Modified u l-oħra Standard. Matul dan l-istaġun ser ikollna Sistema ġdid kif ser tkun imqassma trakka tal-kull tiġrija, dik bis-sistema imsejħa Joker Lap li ser tkun introdotta għal l-ewwel darba f’dan l-istaġun. Permezz ta din is-sistema ta’ tiġrija wieħed se jkollu iktar cans javanzza fil-pozizjoni tiegħu waqt kull tiġrija li jieħu sehem fija. B’din is-sistema Joker Lap ser nagħtu iktar cans lil dawk is-sewwieqa li jkunu xi ftit lura mill-oħrajn biex dawn jieħu ċ-ċans li jtejbu il-pozizjoni taħhom. Il-Program nhar il-Ħadd li ġej jibda 12:00pm.

Intant matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet saru zewġ attivitajiet mill-ASMK.  Is-Sibt li għadda fil-barriera tal-Ballut Ltd limiti ta San Pawl tat-Tarġa infetaħ il-Kampjonat Nazzjonali Trails 2017/2018 fil-waqt li nhar il-Ħadd li għadda 29 t’Ottubru 2017 infetaħ il-Kampjonat Nazzjonali Motocross 2017/2018 ġewwa l-korsa ASMK f’Ta’Qali.

Mill-Ġurnata tal-Muturi Motocross kellna 30 mutur li rreġistraw f’din il-ġurnata li kienet maqsuma f’erba klassijiet. Fil-Klassi A rajna lil Kyle Camilleri fuq KTM 250 jiddomina il-ġurnata. Camilleri irnexxielu jirbaħ il-kwalifikazzjoni kif ukoll il-Heats kollha tal-ġurnata. Fil-Klassifika Finali Camilleri kien segwit minn Stefan Dimech fuq Honda 250 u David Dimech fuq Honda 450.

Fi Klassi B rajna lil James Zahra fuq Sherco 300 jiddomina l-ġurnata kollha fejn spicca rebbieħ segwit minn Brandon Slowe fuq Honda 250 u Bernard Sammut fuq Beta 250. Slowe u Sammut għalqu l-ġurnata fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

Fi Klassi C rajna lill Christohper Hartman fuq KTM 150 flimkien ma Daniel Inguanez fuq Honda 250 jiddominaw din il-klassi b’Hartman jirbaħ din il-klassi wara li Inguanez tilef l-ewwel Heat tal-ġurnata u kellu jikkuntenta bit-tieni post.

Fi Klassi Veterans rajna taqtija bejn Paul Deguara fuq KTM 250  u William Sant fuq Honda 250. Matul il-ġurnata Deguara u Sant rebħu Heat kull wiehed b’Deguara jispicca jirbaħ il-gurnata segwit minn Sant. Fit-tielet post spiċċa Jethro Sant fuq Yamaha 250.

Mill-ġurnata tal-Muturi Trials Klassi A fetħet l-istaġun b’seba kompetituri fejn rajna lill kuġini Damon Bonello fuq mutur Gas Gas u Rowen Bonello fuq mutur Beta f’taqtitja ma Antonio Leonardi fuq mutur Gas Gas. Matul il-ġurnata rajna lill Leonardi jiddomina flimkien ma Damon Bonello sa kemm fil-ħames sezzjoni Antonio tilef xi ftit punti bil-konsegwenza li Damon ġie ddikjarat rebbieħ tal-ġurnata segwit min Antonio u Rowen Bonello rispettivament. Fir-raba post spiċċa Joseph Scicluna fuq mutur Gas Gas.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.