
L-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organiżżat is-serata Annwali biex tonora liċ-Campjins u Runner-up ta’ kull sezzjoni fi ħdan l-Għaqda fil-Palazz Verdala fil-Buskett. L-Attivita’ kienet sponjorjata minn Monster Energy Drink, Bavaria u Delicata Winery, Nexos, S.Curmi & Sons, MFCC Ta’ Qali u Sign it Ltd. Grazzi speċjali tmur lill-President ta’ Malta li offriet il-Palazz Presidenzjali tal-Verdala biex titella’ din l-attivita’ mill-ASMK.
Fost ir-rebbieħa tal-karozzi ġew onorati Karl Micallef fuq Ford Fiesta li rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Autocross Modified għal l-ewwel darba, ir-Runner-up Gordon Johnson fuq Opel Corsa. Deane Farrugia fuq Citroen AX rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Autocross Standard għat-tielet darba mar-Runner up Johann Vella fuq Opel Nova.
Fil-Muturi ġew onorati Paul Muscat fuq KTM li rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Motocross għall-ewwel darba bir-Runner-up ikun David Dimech fuq Honda. Damon Bonello fuq Gas Gas rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali tat-Trials segwit mir-Runner-up Antonio Leonardi fuq mutur Gas Gas. Joseph Scicluna fuq mutur KTM rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Enduro għall-ewwel darba segwit mir-Runner-up Bernard Sammut fuq KTM.
Intant l-Assocjazzjoni tkompli bl-attivitajiet tagħha nhar il-Hadd li gej 4 ta’ Marzu 2018 mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018 fejn ir-raba’ attivita ser issir fil-Barriera Tat-Targiet Ghomor Limiti ta San Pawl tat-Tarġa. L-attivita’ tibda 10:00am.







